News2021-10-19T16:00:32+02:00

Premjijiet GhTP 2021

  IR-REBBIEĦA TAL-45 EDIZZJONI TA' L-GĦANJA TAL-POPLU Festival Tal-Kanzunetta Maltija L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija ttella’ s-Sibt 7 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Mro Joe Brown. Il-festival kien imxandar live fuq TVM bil-preżentazzjoni ta’ Ray Calleja. Għal dan il-festival daħlu 178 kanzunetta. Il-kanzunetta ‘Fuq L-Ixkaffa’ interpretata minn Sean Borg fuq kliem u mużika ta’ Philippa Naudi u Bettina Muchmore rebħet it-titlu ta’ L-Għanja tal-Poplu 2021. Il-kanzunetta rebbieħa tagħti leħen lill-ħsibijiet ta' dawk kollha li xi darba jew ohra ħassew li ma setgħux jesprimu lilhom infushom. Il-kanzunetta ‘Is-Sirena Li Welldet it-Tama’ kantata minn Haley Azzopardi u miktuba minn Paul Ellul, b’mużika ta’ Mark Spiteri Lucas ġiet ikklassifikata fit-tieni post. Il-kanzunetta tiddeskrivi l-atmosfera waqt iċ-ċirkostanza traġika tal-mewt ta’ Miriam Pace li ntradmet taħt it-terrapien ta' darha stess. Il-grupp MeadowStrings magħmul minn Mario Camilleri u Magdalene Farrugia rebħu t-tielet post bil-kanzunetta ‘Niftakar’ fuq kliem u mużika tagħom stess. L-għanja tal-grupp ispirata minn emozzjonijiet ta’ mħabba. Il-grupp MeadowStrings rebħu wkoll il-premju għall-aħjar kantawtur. Il-premju għall-interpretazzjoni ntrebaħ mill-aħwa Dario u Grecia [...]

Kompettizzjoni Semmi3

Isma' l-kanzunetti fuq soundcloud jew ara l-videos fuq facebook Semmi l-kanzunetti li se jikklasiffikaw fl-ewwel tliet postijiet fl-Għanja tal-Poplu 2o21 Semmi3 rebbieħa u tista' tirbaħ CD/USBs 32 Gb. <<Ħu Sehem>> Id-dettalji tiegħek ma' ma jkunux ippublikati u ma jinzammux wara li tagħlaq l-kompetizzjoni.

Il-Kanzunetti Finalisti fl-Ordni Li Se Jitkantaw

Titħabbar l-ordni tal-kanzunetti finalisti ta’ L-GĦANJA TAL-POPLU 2021 L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se jittella’ nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Din hi l-ħames darba li dan il-festival qed jittella’ akkumpanjat mill-orkestra fi Pjazza Teatru Rjal. Għall-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu daħlu 178 kanzunetta li minnhom intgħażlu l-40 kanzunetta semifinalista. Wara ntgħażlu s-sittax-il kanzunetta finalista. Dawn il-kanzunetti se jkunu interpretati u mxandra live fuq TVM nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu fid-9pm. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti, L-Ghanja [...]

Il-Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2021

Jintgħażlu l-kanzunetti finalisti tal-45 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu Il-membri tal-ġurija fil-fażi tas-semifinali semgħu l-40 kanzunetta magħżula minn 178 kanzunetta. Il-ħames ġurati taw il-ġudizzju tagħhom biex hekk setgħu jintgħażlu l-finalisti. Ir-riżultati tal-ewwel eliminatorja u tas-semifinali ġew ikkonfermati minn nutar pubbliku. Dawn huma l-kanzunetti finalisti tal-45 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fis-7 ta’ Awwissu 2021 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra, dejjem skont kif jippermettu r-regolamenti maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa. Il-Kanzunetti Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu (2021) - f'Ordni Alfabetika Kanzunetta - [...]

Is-Semifinalisti GħTP 2021 (Il-45 Edizzjoni)

IL-KANZUNETTI SEMIFINALISTI GħTP 2021 - Il-45 Edizzjoni B’kollox ġew sottomessi 178 kanzunetta għall-45 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn, il-ġurija komposta minn 4 ġurati għażlet il-41 kanzunetta semifinalista. Il-kanzunetti li għaddew għas-semifinali tal-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu huma (f’ordni alfabetika): Assedju Attakki Virtwali Bezzjoni Bla Ħafna Reċti Daqqiet Destin Duħħan Erbgħa u Għoxrin Siegħa Sorveljanza Festa tal-Kartapesta Fuq l-Ixkaffa Għada Jisbaħ Ukoll Għanja lill-Mulej Grazzi Alleluljah Ammen Ħarstek Il-Bajtar Sar Inkun Ħieles Is-Sirena Li Welldet it-Tama Kunċert Impromptu [...]

Tista’ tingħaqad mal-Għanja tal-Poplu kemm bħala artista jew bħala persuna li għandek għal qalbek il-kanzunetta Maltija.

INGĦAQAD MAL-GĦANJA TAL-POPLU

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top