Jitħabbru it-48 Kanzunetta Semi-Finalista

//Jitħabbru it-48 Kanzunetta Semi-Finalista

Jitħabbru it-48 Kanzunetta Semi-Finalista

Għall-fażi eliminatorja tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija daħlu 131 kanzunetta. Minnhom għaddew 48 għas-semi finali. 

It-tieni eliminatorja li kellha ssir fil-bidu ta’ Ġunju, ġiet postposta minħabba l-elezzjoni u ser ssir il-Ħamis 15 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju filgħaxija,u s-Sibt 17 ta’ Ġunju filgħodu. Il-kantanti prinċipali ikantaw live, b’akkumpanjament rrekordjat quddiem il-ġurija. Il-ġurnata, ħin u l-post ser ikunu ikkomunikati iktar tard.

Il-kanzunetti instemgħu minn ġurija komposta mis-Sur Alfie Fabri, il-Mro Manoel Pirotta, is-Sur Joe Piscopo u Dr Michael Spagnol.

It-48 kanzunetta semifinalisti

(f’ordni alfabetika)

KANZUNETTA   KANTANT/A/I
13, Strada Stretta Dario & Grecia Bezzina
Antifona ta’ Mħabba Kapitlu Tlettax, Dominic u Ina
Arani Ngħix Andy Muscat
B’Kelma Charlie Dalli
Ċaqlembuta Rebecca Mizzi
Dak Li Kont Therese Bonnici
Dawra Mejt Maria u Justine
Dil-Qalb Anna Azzopardi
Dwejra B’Tieqa Fiha Charlene Rae Muscat
Dwell Oneke Sammut
Eku Mill-Belt Jake Bartolo
F’Dirgħajk Jean Claude Vancell
Fjur fuq it-Tarmak Sebastian Calleja
Ġanni u Ġanna Clive Muscat
Għanjiet Michela Galea
Ħallejt il-Ħolm Iġorrni Jonathan Grech
Ħin Bla Kejl Sarah Bonnici
Ħolqa Julie Pomorski
Illum Naf Simone Gauci
Int u Jien Charlene Mercieca Magro
Ismagħni Ħabib Graziana Axisa
Is-Sogħba tal-Widien Ruth Portelli
Jien   Karine Caruana
Jien li Jien Għax Jien Yanika Desira
Kemm Nixtieq Andy Muscat
Kliem ix-Xiħ Mark Cachia
Lebbet ż-Żmien Gail Attard
Lgħabt man-Nar Mikhail Attard
Li Kien Għalija Rachel Mamo
Meta r-Ramel Jitħallat Mas-Silġ Jessica Magro
Mhux Kif Ħsibt (lyrics diff) Dwett
Mill-Għatba ‘l Barra Sebastian Calleja & Michela Dalli
Min Jaf Ryan Grech
Narak Kuntent Odelsie Camilleri
Nemmen Dario Mifsud Bonnici
Pass ‘il Bogħod Roberta Sacco
Ritratt Monica Said
Rutina Tgħallina Josef Camilleri & Luke Agius
Seħer it-Toroq Brian Dimech
Skiet Joseph Refalo
Stallett Jurgen Xerri
Storja ta’ Suċċess Cherylis
Ta’ Kuljum Maria Spiteri
Tal-Isem Mark Tonna
Tasal Nazjo
Titkellem bis-Sinjali Maria Christina
U Waqa’ l-Ktieb Minn Idi Kristabel Mercieca
Waħdi (Nome de plume Nox) Clive Galea

Għal min jixtieq, ‘l quddiem nagħtu feedback dwar il-kanzunetti l-oħra.

Kummenti Ġenerali mill-Ġurija:

– Prosit lil dawk li għażlu li jinterpretaw kanzunetti sbieħ bil-lingwa Maltija. Innutajt iktar diversita’ mużikali. Ninkoraġġixxi lirika pożittiva u aktar ritmu f’dik li hi mużika.

– Waqt li xi kanzunetti kellhom lirika interessanti, bi stil mirqum, ħafna minnhom kienu miżgħuda klixes (qwiel, metafori mejta) u lingwaġġ negattiv b’ċertu kliem rikorrenti. Ikun aprezzat fil-futur l-użu ta’ metafori ġodda, friski u lingwaġġ kontemporanju. It-temi kienu varjati sew. Ħasra li xi wħud jittrattaw temi negattivi bħall-mard, id-droga u l-bqija bi stil xejn interessanti. Kanzunetta mhux bilfors tittratta tema serja/negattiva u tkun forma ta’ storja. Kienu aprezzati ħafna il-ġeneri mużikali differenti.

– Kien hemm numru ta’ kanzunetti bl-istess ritmu. Il-lirika kienet varjata u wieħed jista’ jenfasizza iktar pożittivita fil-lirika. Ċertu kanzunetti setgħu kienu aħjar, li kieku inkludew il-ħoss ta’ kitarra jew vjolin; pero dan dejjem jistgħu jkunu inklużi fl-istadju finali. Prosit lil-parteċipanti kollha, inħoss li din l-edizzjoni ser tkun pass ‘l quddiem.

– Kien hemm numru sabiħ ta’ ideat mużikali li marru tajjeb mal-versi. Ukoll, stili differenti u esperimentazzjoni rigward binja ta’ kanzunetta. Oħrajn mhux bilfors li sabu l-mużika adattata għall-versi li ngħatawlhom.

Il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu fllimkien ma Pjazza Teatru Rjal, b’kollaborazzjoni ma’ L-Akkademja tal-Malti . L-Għanja tal-Poplu hi megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.

Save

Save

By | 2017-05-28T12:28:49+00:00 May 16th, 2017|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

8 + one =