IL-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI GħTP 2019

B’kollox ġew sottomessi 111-il kanzunetta għat-43 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Il-kanzunetti instemgħu kollha minn ġurija magħmula minn ħames persuni. Issa jmiss li ġurija oħra tisma’ u tiġġudika l-aħjar 42 kanzunetta, billi tismagħhom kantati lajv akkumpanjati minn mużika rrekordjata.

It-42 kanzunetta li għaddew għall-Fażi tas-Semi-Finali (f’Ordni Alfabetika) huma:

Aħna l-Maltin
Bejn L-Erba’ Ħitan
Bħad-Deheb
Bizzilla
Dawl Għajnejja
Din Għalik
Dmugħ Iswed
Fejn Ma Jasalx il-Kliem
Fil-Ħoġor tat-Tieqa
Fil-Klassi
Għadu Mhux il-Waqt
Għallimtni
Ħallini Nħobbok
Id-Ditta Tal-Ġlekk
Il-Verita’
Imma Qatt Ma Wasalt
Int Biss
Int u Jien
Ix-Xemx Għaddejja
Jekk Tafx Min Jien
Jien, L-Ilsien Malti
Kemm Xtaqt
L-Isbaħ Fjura (Nru Reġ 98)
Ma Tridx Tara Kbir
Mhux Li Kien
Minn Għada
Minn Kajfas Għal Għand Pilatu
Misraħ Ġawhra
Mobile
Omm ta’ Veru
Ottimista
Pjazza Ġdida
Roulette
Sakemm Sibt Garaxx
Siġra
Sindikajra
Tfewwaħ
Tir
Vuċijiet
Waħdi
Wiċċ il-Ktieb
X’Festa

Dawn il-kanzunetti ser jinstemgħu nhar it-Tlieta u l-Erbgħa 11 u 12 ta’ Ġunju filgħaxija, u l-ġurija ser tagħżel il-kanzunetti finalisti. (Il-kantanti konċernati ser ikunu avżati dwar il-ħin u l-post). Is-serata finali tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ nhar is-Sibt l-31 ta’ Awwissu 2019, fi Pjazza Teatru Rjal.

Fis-serata finali il-parteċipanti ser ikollhom l-għażla, li jew ikunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra, jew jakkumpanjaw il-kanzunetta huma stess, jew inkella jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom flimkien mal-orkestra.

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti. L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.
Print Friendly, PDF & Email