L-Għanja tal-Poplu 2015

//L-Għanja tal-Poplu 2015

L-Għanja tal-Poplu 2015

L-Għanja tal-Poplu 2015 (39 Ed)

Festival ta’ Kanzunetti Oriġinali bil-Malti

Is-Sibt 21 ta’ Marzu 2015 fis-7.30pm

Biljetti minn €10 u €8 minn <<<hawn>>>

Il-Festival L-Għanja tal-Poplu 2015 daħlu għalih 105 kanzunetta li minnhom intagħżlu s-sittax finalisti. Il-kanzunetti finalisti ser jkunu interpretati u akkumpanjati live mill-gruppi parteċipanti, bis-sehem ta’ ‘l fuq minn 60 mużiċist; kull kanzunetta għandha il-mużiċisti tagħha. L-Għanja tal-Poplu huwa l-festival mill-Maltin għall-Maltin, u jiddistingwi ruħhu għall-lirika bl-ilsien Malti, u kanzunetti bis-sens u relevanti għall-żminijietna. Fost il-mistednin speċjali insibu lil Karen Debattista rebbieħa ta’ L-Għanja tal-Poplu 2014, u lil Philip Vella li ser jinterpreta siltiet mill-kanzunetti popolari  tiegħu. Fl-aħħar tal-festival jitħabbar  ir-riżultat , u jingħataw pemjijiet għal:-   L-Aħjar talent Żagħżugħ, L-Aħjar Interpretazzjoni, L-Aħjar Tema Soċjali, u L-Aħjar Kantawtur. Fl-aħħar titħabbar il-kanzunetta klassifikata fit-Tielet Post, dik fit-Tieni Post, u finalment titħabbar L-Għanja tal-Poplu 2015 (39 Ed). Il-festival L-Għanja tal-Poplu qed jittella’ flimkien maċ-Ċentru għall-Kreattivita ,  bil-għajnuna tal-Malta Arts Fund u b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2015. L-organizzatturi qed jippublikaw ktejjeb bil-lirika tal-kanzunetti u CD album bil-kanzunetti finalisti. Jippreżentaw il-festival Angie Laus u Ryan Borg. Is-sound f’idejn  il-Besteam Audio , filwaqt li s-sett ddiżinjat minn Ino Bonello. Il-Biljetti jinxtraw  online preferibilment jinġabru mit-ticket office taċ-Ċentru għall-Kreattivita’ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu. POSTER

 Biljetti minn €10 u €8 minn <<<hawn>>>.

Poster Frank ONeill

By | 2015-10-31T15:15:51+00:00 February 21st, 2015|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

11 − six =