2014 | ||
2008 |
||
2007 |
2005 |
|
2004 |
2003 |
2002 |
1999 |
||
1998 |
1996 |
|
1994 |
1993 |
|
L-GĦANJA LI TIBQA' |
Walter Micallef
|
Frank O'Neil
|
Alfred C. Sant
|
Freddie Portelli
|
Dominic Galea |
Joe Friggieri |
Sunny Aquilina |
![]() |
L-Għanja tal-Poplu 2015 ( 39 Ed)
Inħeġġu lill-artisti mużikali Maltin jipparteċipaw
Il-festival l-Għanja tal-Poplu huwa festa ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti, interpretati u akkumpanjati live. Is-serata finali tat-39 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu ser issir is-Sibt 21 ta’ Marzu 2015 fit-Teatru Sir Temi Zammit, l-Universita’. It-tema tal-kanzunetta hija libera, u bħala Għanja tal-Poplu ninkoraġġixxu kanzunetti li jirreflettu l-ħsibijiet, ix-xewqat u l-gosti tagħna il-Maltin, bħala cittadini ta' dawn il-gżejjer kif wkoll ċittadini tal-villaġġ globali.
Premjijiet: Ir-rebbieħ ta’ L-Għanja tal-poplu 2015 jingħata it-trofew L-Għanja tal-Poplu li jinżamm għall-sena flimkien ma’ elf ewro. Ir-rebbieħa u l-kantanti prinċipali tal-kanzunetti klassifikati fl-ewwel tlett postijiet jiġu ppreżentati bi trofej artistiċi. Ir-rebbieħ tat-tieni u t-tielet post jingħataw sitt mitt u erba’ mitt ewro rispettivament. Il-persuna jew grupp li tingħażel bħala l-aħjar kantawtur tiġi ppreżentata trofew flimkien ma ħames mitt ewro. Premjijiet speċjali oħra jinkludu premju għall-aħjar tema soċjali, premju għall-aħjar interpretazzjoni, u premju għall-aħjar talent żagħżugħ.
F'dan il-festival jistgħu jieħdu sehem dawk kollha ‘l fuq minn sittax-il sena. Il-kanzunetti għal din l-edizzjoni jintlaqgħu il-Ġimgħa 9 ta’ Jannar 2015 flimkien ma’ kontribuzzjoni ta’ 25 ewro. Min japplika jiġi mistieden jattendi għall-festival L-Għanja tal-Poplu. L-organizzatturi jilqgħu suġġerimenti mingħand il-parteċipanti rigward il-festival li jmiss. Ir-regolamenti dettaljati jitħabbru fi żmien qarib fuq dan is-sit ufuq www.facebook.com/GhanjaTalPoplu . Min għandu xi mistoqsijiet jew suġġerimenti jista’ jikkuntatjana fuq mobile 79923522/21683761.
Il-festival l-Għanja tal-Poplu 2015 qed jittella’ bl-għajnuna tal-Malta Arts Fund.