L-GĦANJA TAL-POPLU

L‑għanijiet ewlenin

  • li jġib ’il quddiem il‑kanzunetta Maltija ta’ kwalità;
  • li joħloq opportunità biex il‑kompożituri u l‑awturi jwasslu l‑kanzunetta tagħhom lill‑pubbliku Malti;
  • u wara l‑festival, ikompli jgħin lill‑artisti Maltin isibu udjenza dejjem ikbar għall‑kanzunetta tagħhom.

L-istorja tal-Għanja tal-Poplu

Festival li joffri spazju wiesa’ lill-Artisti.

L-Għanja tal-Poplu, festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti li ra l-bidu tiegħu fl-1973. Tul dawn is-snin kollha, il-festival żamm l-ispirtu ta’ ħbiberija fost il-parteċipanti u jagħti spazju wiesgħa kemm lill-artisti ġodda kif ukoll lil dawk stabbiliti. F’dan il-festival, l-artisti Maltin – b’mod mill-aktar liberu – jesprimu l-ferħ, il-weġgħat, il-ħolm u s-sentimenti tagħhom permezz tal-kanzunetta Maltija.

ĦIDMA FLIMKIEN

Dun Maurice Mifsud
Dun Maurice MifsudFundatur u Organizzattur
Dun Maurice Mifsud beda jorganizza dan il-festival fl-1973 flimkien mal-kumitat tal-Youth Travel Circle. Kien permezz tad-direzzjoni u s-sapport kontinwu tiegħu li dan il-festival baqa’ jsalpa tul dawn l-aħħar ħamsin sena.
Get In Touch
Alexia Cutajar Conti
Alexia Cutajar ContiSegretarja
Edukatriċi f’skola sekondarja, kwalifikata fl-istudju tal-media, fit-tagħlim u għandha Masters fil-Counselling. Ilha segretarja tal-festival mis-sena 2002. Matul is-sena Alexia iżżomm kuntatt kontinwu kemm mal-membri tal-kumitat kif wkoll mal-parteċipanti speċjalment meta jasal il-festival.
GET IN TOUCH
Dr Ingrid Vella
Dr Ingrid VellaTiġdid u Innovazzjoni
Għandha dottorat fil-fiżika u tikteb kanzunetti u poeżiji bil-Malti, għax tħoss li l-arti tikkumplimenta ħafna x-xjenza f’ħajjitha. Ingrid għandha wkoll masters fil-business studies. Hiha qed tgħin fil-kumitat billi tissuġġerixxi u twettaq tibdil biex l-Għanja tal-Poplu jiġġedded u jiskopri triqat ġodda.
Get in Touch
Mark Grech
Mark GrechProduction Assistant
Minn tfulitu mdaħħal fl-attivitajiet tal-palk, u jipparteċipa u jassisti f’attivitajiet kulturali. Mark jaħdem bħala senior manager
Get In Touch
Noel Damato
Noel DamatoFestival Manager u PRO
Noel Damato ilu jgħin u jorganizza il-festival sa mill-1993. Noel jemmen ħafna fil-mużika live , u jagħmel ħiltu kollha biex il-festival ikun ta’ kwalita’ kemm f’dak li hu sound kif wkoll fejn jidħol il-viżiv. Barra li huwa organizzattur tal-festivals, Noel huwa magician, u jħobb ħafna il-festi u l-wirt storiku ta’ Malta.
Get In Touch
Carmelo Schembri
Carmelo SchembriChairperson
Ilu imdaħħal fil-festival sa mill-1979. Serva ta’ Chairperson sa mill-1992, Edukatur u ex-assistent fl-iskejjel, Jemmen fil-liberta tal-kelma speċjalment permezz tal-kanzunetta li hija l-ogħla forma ta’ espressjoni.
Get In Touch
Anton Miceli
Anton MiceliAssistent Amministratur
Anton Miceli għandu esperjenza twila fil-qasam tal-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali. Anton Miceli ilu jassisti fil-festival sa mis-sena 2010. Barra li jzomm ir-records tal-Għaqda huwa jassisti l-amministrazzjoni billi dejjem jara li kollox jitmexxa sew u kif suppost.
Get In Touch
Profs Manwel Mifsud
Profs Manwel MifsudChairperson tal-Ġurija
Il-kumitat talab lil Profs Manwel Mifsud biex ġentilment ikun Chairperson tal-Ġurija. Professur ewlieni tal-lingwa Maltija, u lingwist internazzjonali. Kant-awtur magħruf speċjalment bl-album Ikun li Trid Int, u b’kanzunetti bħal Għajnejk Sbieħ u Vassalli. Segwit ħafna fuq ir-radju bil-programm tiegħu Seħer il-Malti.
Get In Touch
Tony Micallef
Tony MicallefKordinatur għall-medja u Arkivjar
Kordinatur għall-midja u jieħu ħsieb l-arkivjar tal-kanzunetti tal-Għanja tal-Poplu. Tony Micallef jgħin diversi organizzazzjonijiet volontarji oħra. Huwa producer u preżentatur fl-istazzjon ta’ Radju Malta b’imħabba speċjali għall-kanzunetta Maltija.
Get In Touch

Ipparteċipa

Jekk int awtur, kompożitur, kantant jew membru fi grupp mużikali , ingħaq fi Klabb Għanja u tirċievi informazzjoni u tkun mistieden għall-attivitajiet u laqgħat.

Irnexxielna wkoll it-temp inħawdu.
L-istaġuni tħabblu sew f’xulxin.
Donnu s-sajf m’għadux bħas-sjuf ta’ dari,
w għandna xtiewi tabilħaqq niexfin.

Rene' Mamo

Jien twelidt, twelidt biex ngħanni
Bl-għana ngħix u bl-għana mmut
Dal-mistier iġibli l-hena
Ma’ qalbi sewwa marbut

Frans Baldacchino - Il-Budaj

Meta tkun f’burdata orrajt, ejja naqsmu d-daħq u ċ-ċajt,
jew imdejjaq u muġugħ… , meta trid… il-bieb miftuħ.

Nistenniek fuq ix-xwiek, sħana, bard… kmieni, tard
iġġib xejn – m’hemmx għalfejn, Nistenniek

Anthony Vella

I stand at the door and knock. If anyone hears my voice and opens the door, I will come in to him and eat with him, and he with me

JOIN OUR COMMUNITY
Print Friendly, PDF & Email