Tittella’ il-Polza GħTP-Ż

//Tittella’ il-Polza GħTP-Ż

Tittella’ il-Polza GħTP-Ż

  Kanzunetta Kantant/a/i
1 Kliem Eliana Gomez Blanco
2 Manikin Luana Schembri
3 Ħmistax Thea Gauci
4 Triq Oħra Ilenia Camilleri
5 Sib Ħin Elisa Muscat
6 Bla Isem Bla Kunjom Bradley Debono
7 Skont id-Daqqa ż-Żifna Kira Copperstone
8 Il-Ħolma Riona Degiorgio
9 Ta’ Rasi Emma Cutajar
10 Weġibni Ma Jahel Cardona
11 Li Tiżra’ Taħsad Rachel Lowell
12 Il-Verita Charisse Ann Vassallo
13 Kieku Nista’ Thea Aquilina
14 Stennejtek Nathan Psaila
15 Għerf il-Baħar Thea Gauci
16 Ma Nafx Għala Martina Galea Loffreda
17 Dwell Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard

Preparazzjonijiet Għall-Għanja Tal-Poplu Żgħażagħ 2018 (4Ed)

Tittella’ l-Ordni ta’ kif ser jitkantaw il-kanzunetti fil-finali tat-2 ta’ Marzu

Il-preparazzjonijiet għall-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ għaddejin ġmielhom u issa kollox juri li dan il-festival għandu jkun esperjenza sabiħa kemm għall-parteċipanti kif wkoll għal dawk li ser jattendu. Dan il-festival ser jittella’ l-Ġimgħa 2 ta’ Marzu fit-teatru tal-Kulleġġ San Benedittu Hal-Kirkop (maġemb l-kumpless sportiv).Filgħodu ser ikun hemm rapreżentazzjoni  għall-istudenti tal-iskejjel u filgħaxija ikun hemm is-serata finali li ser tkun miftuħa għall-publiku ingenerali.  Filgħodu jkun hemm ġurija popolari magħmula minn persuni ta’ eta żagħżugħa, filgħaxija tattendi ġurija ‘espterta’.  Il-kantant/a tal-kanzunetta rebbieħa ser jingħata/tingħata l-opportunita’ ta’ sehem f’festival barra minn Malta.

Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Jannar ittellgħet il-polza biex tkun stabbilita l-ordni ta’ kif ser jitkantaw il-kanzunetti finalisti.

Waqt il-laqgħa tkellmu Noel Damato li spjega kif għaxar snin ilu kienet ittellgħet it-tielet edizzjoni ta’ dan il-festival. Issa il-kumitat L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-kolloboraturi jista’ jtella’ ir-raba’ edizzjoni, u iktar edizzjonijiet fil-futur. Hekk iż-żagħżagħ jingħataw iktar opportunitajiet fejn ikunu jistgħu jesprimu t-talent tagħhom fil-qasam tal-kanzunetta Maltija bl-ilsien Malti. Dan il-festival jittella’ fi spirtu ta’ parteċipazjoni u ħbiberija; il-kompetizzjoni qegħdha hemm biex tqajjem l-interess. Waqt l-istess laqgħa tkelmet wkoll Joyce Grech mill-Malta Film Foundation. Hija spjegat kemm hi effettiva l-interpretazzjoni viżiva,  speċjalment meta l-kanzunetta tinġibed bil-kameras tat-televiżjoni.

Dan il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri ensemble ta’ sittax-il  mużiċist li ser takkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown. Dan qed isir b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

Informazzjoni dwar biljetti issibuha fil-websajt www.ghanjafest.com

Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-01-22T00:24:19+00:00 January 17th, 2018|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

5 × two =