IL-KANZUNETTI SEMIFINALISTI GħTP 2021 – Il-45 Edizzjoni

B’kollox ġew sottomessi 178 kanzunetta għall-45 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-PopluFestival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn, il-ġurija komposta minn 4 ġurati għażlet il-41 kanzunetta semifinalista.

Il-kanzunetti li għaddew għas-semifinali tal-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu huma (f’ordni alfabetika):

Assedju
Attakki Virtwali
Bezzjoni
Bla Ħafna Reċti
Daqqiet
Destin
Duħħan
Erbgħa u Għoxrin Siegħa Sorveljanza
Festa tal-Kartapesta
Fuq l-Ixkaffa
Għada Jisbaħ Ukoll
Għanja lill-Mulej
Grazzi Alleluljah Ammen
Ħarstek
Il-Bajtar Sar
Inkun Ħieles
Is-Sirena Li Welldet it-Tama
Kunċert Impromptu
Kuntrasti
L-Ewwel Noti
L-Għeneb il-Qares
Logħba Ċess
Logħba tal-Kaxxi
Lulju
Meta l-Lupu Jkun bil-Ġuħ
Meta Nirkeb il-Ħolm
Min Bagħtu Dan l-Għannej
Min Jaf
Musmar Ġdid Jaqla’ l-Qadim
Nann
Niftakar
Niġġudikaw
Pupi
Se Nirranġaw
Sieħbi ċ-Ċirenew
Storja Oħra
Trasparenza Opaka
Trid Tkun Int
Uman
X’Kien Liebes
Xtaqt Sejjaħtlek Pa

Ir-riżultat ġie kkonfermat minn nutar pubbliku.

Fil-fażi li jmiss, ġurija differenti se tagħżel il-kanzunetti finalisti.

L-Għanja tal-Poplu se jittella’ fis-7 ta’ Awwissu 2021 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal. . L-Għanja tal-Poplu huwa mgħejun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency.

Print Friendly, PDF & Email