fbpx

Press Release: GħTP-Żagħżagħ 2019

//Press Release: GħTP-Żagħżagħ 2019

Press Release: GħTP-Żagħżagħ 2019

   

Il-ħames edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ser tittella’ il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2019 fit-teatru tal-kulleġġ San Benedittu Ħal Kirkop.  Bħas-sena li għaddiet il-kanzunetti finalisti jinstemgħu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra li ser tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown u Mro Paul Abela.

Il-kumitat qed jippubblika linji gwida filwaqt li jħeġġeġ lil żgħażagħ u adoloxxenti li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta bil-Malti biex jipparteċipaw. Id-data li fiha ser jinġabru is-sottomissjonijiet tal-kanzunetti hija it-Tlieta 27 ta’ Novembru 2018. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn www.ghanjafest.com

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti u Aġenzija Żgħażagħ. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri grupp ta’ mużiċisti li ser jakkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown,  b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

Ara regolamenti:  www.ghanjafest.com/linja-gwida-ghtp-z-2019

Niżżel Formola tal-Applikazzjoni GħTP-Ż 2019 –  Word doc

Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-10-27T01:57:53+00:00 October 25th, 2018|Uncategorized|Comments Off on Press Release: GħTP-Żagħżagħ 2019

About the Author: