ATTIVITAJIET

ATTIVITAJIET/

L-ewwel Fażi tal-Għażla

By | 2016-05-05T06:38:13+00:00 April 26th, 2016|Uncategorized|

              Il-Kanzunetti finalisti mistennija jitħabbru din il-Ġimgħa. L-Għanja tal-Poplu - Festival tal- Kanzunetta Maltija. Wara li ntagħżlu 40 kanzunetta minn dawk sottomessi, it-tieni eliminatorja biex jintgħażlu l-aħjar 18-il kanzunetta titwettaq din il-Ġimgħa. It-tmintax-il finalista mistennija li  jitħabbru fl-aħħar ta' din il-Ġimgħa.   L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija (40 Ed) 40 [...]

Klabb Ghanja

By | 2016-10-30T18:36:12+00:00 April 8th, 2016|Uncategorized|

Jekk trid tinzamm infurmat dwar il-festival u tkun minn ta' l-ewwel li tkun mistieden għall-attivitiajiet inkiteb fi Klabb Ghanjafest. Trofew - L-Għanja tal-Poplu   Save Save

Il-kanzunetti jintlaqgħu it-Tlieta 19 t’April 2016

By | 2016-03-26T08:57:17+00:00 March 25th, 2016|Uncategorized|

L-awturi u kompozituri tal-kanzunetta Maltija mistiedna jissottomettu kanzunetti ghall-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija li ser jittella'  fi Pjazza Teatru Rjal fis-7 u fid-9 ta' Lulju 2016 , bis-sehem tal-orkestra tal-PBS.  Il-kanzunetti ser jintlaqgħu nhar it-Tlieta 19 ta' April,  bejn l-10:30 u 11:45 u bejn is‑18:00 u d‑21:00. Ara Linji Gwida. Il-festival ser jixxandar fuq TVM. [...]

Laqgħa informattiva għall-parteċipanti u ħbieb

By | 2016-03-03T07:08:14+00:00 March 3rd, 2016|Uncategorized|

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija L-40 Edizzjoni Laqgħa informattiva għall-parteċipanti u ħbieb Min jixtieq jattendi jiktbilna hawn http://www.ghanjafest.com/tnedija-ghanja-tal-poplu-2015/ tirċievi konfermaPost Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt Spazju Kreattiv fi Studjow B. Erbgħa 9 ta' Marzu fis-6pm Programm - Video feature - clips qosra mill-Għanja tal-Poplu - Merħba minn Josephine Ebejer Grech (PRO) - Ecca Muscat -  Ġismi [...]

Kummenti tal-Ġurija 31 ta’ Jannar 2015.

By | 2016-03-01T07:30:50+00:00 March 1st, 2016|Uncategorized|

Kummenti u suġġerimenti mingħand it-tieni ġurija tad-39 edizzjoni miġbura minn Josephine Ebejer Grech. L-ewwel Ġurat Hawn materjal validu. Hemm ukoll xewqa li ninterpretaw il-ħajja reali – kanzunetti attwali. Ħafna drabi jibqgħu fil-livell ta’ “komponiment” jew taqbila dwar is-suġġett u ma jitilgħux għall-livell artistiku. Dan jidher ukoll min-nuqqas ta’ metafora f’ħafna mill-kanzunetti. Jolqtok il-fatt li ħafna mil-lirika qiegħda [...]

Laqgħa fi Spazju Kreattiv 9/3/16

By | 2016-02-28T22:03:33+00:00 February 28th, 2016|Uncategorized|

Laqghainformattivanharl-Erbgħa 9 ta' Marzu fis-6.00 fi Studjo B fi SpazjuKreattiv il-Belt, dwarL-Għanjatal-Poplu - Festival tal-KanzunettaMaltija Ikbilna li tixtieq tattendi hawn http://www.ghanjafest.com/tnedija-ghanja-tal-poplu-2015/

Manwel Mifsud dwar il-Kanzunetta bl-ilsien Malti

By | 2016-01-31T11:09:46+00:00 January 31st, 2016|Uncategorized|

intervistat minn Michael Bugeja X'tgħid dwar Il-qawmien li kien hemm dawn l-aħħar snin fl-użu tal-ilsien Malti minn gruppi żgħażagħ fi sfond ta' mużika kontemporanja (vs l-istil li aktar kienet magħrufa għalih il-kanzunetta Maltija fil-passat)? Dari, ngħidu aħna sa sebgħin jew sittin sena ilu, il-Malti kien qab elxejn lingwa mitkellma u l-problema tiegħu kienet li – minkejja li kien [...]

L-Għanja tal-Poplu – Tnedija ser issir fi Frar

By | 2016-01-13T15:23:04+00:00 January 12th, 2016|Uncategorized|

Wara numru ta' żviluppi ġodda u nteressanti li saru tul dawn l-aħħar jiem il-Festival tal-Għanja tal-Poplu ser jieħu xejra ġdida. Qegħdin naħdmu biex flimkien ma' diversi entitajiet kulturali jinħolqu aspettattivi ġodda li jagħmlu ġid għall-wirt kulturali tal-Għanja tal-Poplu. Għaldaqstant it-tnedija li kellha issir il-Ħamis 14 ta' Jannar 2016 ġiet postposta għal iktar tard. Iktar dettalji ser jitħabbru [...]

L-Għanja tal-Poplu < l-40 Edizzjoni >

By | 2016-01-07T12:40:15+00:00 January 5th, 2016|Uncategorized|

L-Għanja tal-Poplu għandu jieħu żvolta' ġdida hekk kif id-diriġenti tal-festival għamlu ftehim ta' kollaborazzjoni maċ-Ċentru għall-Kreattivita'. It-Tnedija tal-40 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu mistennija ssir fi żmien qarib fil-Kavallier ta' San Ġakbu l-Belt. Is-suġġett tal-kanzunetti huwa liberu, mhux neċessarjament jkun fuq tema soċjali. Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu ser jkun responsabbli mill-programm u l-lat kompettitiv tal-festival. L-organizzatturi jħeġġu l-awturi, kompożituri, kantanti, [...]

Load More Posts