WEBINAR 11-02-21 6PM

Your Content Goes Here
Il-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se tittella’ s-Sibt 7 ta’ Awwissu 2021 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Il-kanzunetti għal dan il-festival se jintlaqgħu online sat-Tnejn 5 ta’ April 2021.
L-għan prinċipali tal-festival hu li jinħolqu kanzunetti ta’ kwalità. Għaldaqstant se norganizzaw Webinar għall-Artisti tal-Kanzunetta Maltija nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar mis-6 pm sas-7.30 pm. Dan il-webinar miftuħ għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija, speċjalment għal min jixtieq jieħu sehem f’L-Għanja tal-Poplu. Dakinhar tal-webinar se nniedu r-regolamenti tal-festival.
Nistidnuk tattendi dan il-webinar billi tirreġistra online fuq www.tinyurl.com/ghtp-webinar-reg
Wara għandek tirċievi ħolqa biex tkun tista’ tidħol fil-webinar.
Webinar għall-Artisti tal-Kanzunetta Maltija
Programm
Il-Professur Manwel Mifsud jitkellem fuq X’jagħmel kanzunetta tajba
Diskussjoni: Intejbu l-lirika tal-Kanzunetta Maltija
Kelliema: Trevor Zahra, Dr Michael Spagnol,
Leanne Ellul u Sephora Francalanza
Mistoqsijet minn dawk preżenti
Tnedija tar-regolamenti tal-45 Edizzjoni
Tmexxi l-webinar: Dr Ingrid Vella
Kumitat Organizzattiv
L-Għanja tal-Poplu
Il-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu bil-kollaborazzjoni tal-Malta Concert Orchestra u ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Dan il-webinar qed jittella’ b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta.
Segwi L-Għanja tal-Poplu 2020
L-Għanja tal-Poplu 2020 Fuq TVM nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru fit-8.30 pm. L-Għanja tal-Poplu baqa’ jgawdi dak l-ispirtu ta’ ħbiberija, il-libertà tal-kelma, u l-ħidma kontinwa favur il-kanzunetta Maltija bħalma kien igawdi sa mill-ewwel edizzjoni fl-1973. Dan
Biex Inkantaw Kif Nitkellmu
LEJN IL-KANZUNETTA MALTIJA AKTAR MALTIJA Noħolqu kant fuq it-tonalità ta’ kif nitkellmu Jikteb: JOE C AQUILINA Hawn jien, ftit xhur ’il bogħod milli nagħlaq 69 , qiegħed nipproponilek idea li ilha tħammem ġo moħħi bosta snin. Jien minix akkademiku,
L-Għanja tal-Poplu 2020
Il-Festival ser isir għall-bidu ta’ Settembru.
Tista’ tissottometti il-kanzunetta tiegħek online.