L-Għanja tal-Poplu 2018 – Update 2

//L-Għanja tal-Poplu 2018 – Update 2

L-Għanja tal-Poplu 2018 – Update 2

Il-Festival fl-1 ta’ Settembru u l-kanzunetti jintlaqgħu f’nofs Mejju.

Wasalna biex nippublikaw ir-regolamenti ta’ dan il-festival li ser jkunu  jixbħu lil dawk tas-sena li għaddiet.

Id-data tas-serata finali ta’ L-Għaja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija hija is-Sibt  l-1 ta’ Settembru 2018.  Ser nippublikaw ukoll id-dati tar-rehearsals.

Il-kanzunetti ser jintaqghu għall-nofs Mejju 2108.

Il-festival ser ikun fi Pjazza Teatru Rjal, bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Gruppi u kantawturi jistgħu wkoll jakkumpanjaw il-kanzunetti tagħhom, u jekk iridu flimkien mal-orkestra.

Se naħdmu biex ikun hemm firxa wiesgħa ta’ kantanti, kantawturi, gruppi, awturi, kompożituri jipparteċipaw f’dan il-festival.

Inkomplu ninkoraġġixxu l-liberta’ tal-għażla tal-istil mużikali, u l-espressjoni ħielsa permezz tal-lirika, u fl-istess ħin intejbu l-livell tar-recordings fuq is-CD.

Fl-istadju finali mistenni li l-kanzunetti ser ikunu iġġudikati minn ġurija popolari kif wkoll minn ġurija esperta.

Ir-regolamenti u iktar dettalji jingħataw fi żmien qarib.

Min għandu xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, iktbulna f’dan permezz tal-email ghanjatalpoplu@gmail.com

Din is-sena (2018), il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.
Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-03-25T10:49:10+00:00 March 25th, 2018|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

two + 7 =