fbpx

L-APPLIKAZZJONIJIET JINTLAQGĦU FIT-22 TA’ MEJJU

//L-APPLIKAZZJONIJIET JINTLAQGĦU FIT-22 TA’ MEJJU

L-APPLIKAZZJONIJIET JINTLAQGĦU FIT-22 TA’ MEJJU

L-GĦANJA TAL-POPLU

  FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA

It-42 edizzjoni  ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan hu festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti akkumpanjat minn mużika live.

Dan il-festival joffri l-liberta’ lill-awturi u l-kompożituri li jiktbu u jikkomponu kanzunetti b’suġġett u stil mużikali li jixtiequ huma. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed takkumpanja l-kanzunetti. Gruppi mużikali u kantawturi  jistgħu wkoll jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom stess.

L-għażla tal-kanzunetti finalisti se tiżvolġi fi tliet fażijiet: l-ewwel fażi tal-għażla, li fiha mill-kanzunetti kollha sottomessi jintgħażlu l-aħjar 40 kanzunetta; it-tieni fażi tal-għażla, li fiha jitkantaw l-40 kanzunetta quddiem ġurija oħra, u minnhom jintgħażlu l-kanzunetti finalisti;  u il-fażi finali fl-1 ta’ Settembru 2018, fejn jitħabbru r-rebbieħa.  Fil-fażi finali ser tattendi ġurija popolari u ġurija esperta. Il-ġurija popolari  ser tingħata mportanza daqs il-ġurija esperta.

Il-kanzunetti  jintlaqgħu nhar it-Tlieta 22 ta’ Mejju 2018.  Ir-regolamenti u l-formola tal-applikazzjoni  jinsabu fil-paġna ghanjafest.com .

L-Għanja tal-Pooplu – Festival tal-kanzunetta Maltija huwa organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti. L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

Poster: Marie Claire Cremona

Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-05-01T23:03:43+00:00 May 1st, 2018|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

five × 3 =