Kummenti tal-Ġurija 31 ta’ Jannar 2015.

//Kummenti tal-Ġurija 31 ta’ Jannar 2015.

Kummenti tal-Ġurija 31 ta’ Jannar 2015.

Kummenti u suġġerimenti mingħand it-tieni ġurija tad-39 edizzjoni miġbura minn Josephine Ebejer Grech.

L-ewwel Ġurat
Hawn materjal validu.
Hemm ukoll xewqa li ninterpretaw il-ħajja reali – kanzunetti attwali.
Ħafna drabi jibqgħu fil-livell ta’ “komponiment” jew taqbila dwar is-suġġett u ma jitilgħux għall-livell artistiku.
Dan jidher ukoll min-nuqqas ta’ metafora f’ħafna mill-kanzunetti.
Jolqtok il-fatt li ħafna mil-lirika qiegħda fl-ewwel persuna.
Jinħass tentattiv konxju biex il-kanzunetta tal-festival toħroġ mil-iskemi tradizzjonali, l-aktar fil-mużika.
Inħoss li hemm bżonn li min jikteb ikun sema’ ħafna u osserva ħafna kanzunetti ta’ kull tip.
It-Tieni Ġurat
Kien hemm għażla ta’ kanzunetti tajbin b’suġġetti varji u soċjali.
Mhux biżżejjed li wieħed jikteb dwar suġġett u jkun ġeneriku bħal donnu fittex fl-internett u għamel komponiment. Uża l-metafora u esperjenzi personali sabiex tkun profond.
Tista’ tgħid li l-Malti f’dawn il-kanzunetti kien jinftihem u tajjeb.
Kien hemm drabi fejn il-mużika ma tantx marret tajjeb mal-lirika.
Kollox ma’ kollox il-livell kien u hu tajjeb u jawgura futur għall-festival.
It-Tielet Ġurat
Il-livell speċjalment tal-kliem kien ta’ livell għoli, biss inħoss li l-mużika u versi mhux dejjem jikkumplimentaw lil xulxin. Dan wassal biex ċertu versi tajbin ġew interpretati b’mod drammatiku iżżejjed. Importanti li l-kompożitur, l-awtur u l-kantant jifhmu aktar lil xulxin biex joħolqu kanzunetta aktar unita.
Nixtieq li jonqsu kanzunetti li qishom qed jippridkaw.

 

 

By | 2016-03-01T07:30:50+00:00 March 1st, 2016|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

17 − eleven =