Jekk tħobb tikteb, dil-kompetizzjoni trid tidħlilha! Qed inħeġġukom tibagħtulna storja, poeżija jew taqbila żgħira li fiha jissemmew it-titli KOLLHA tal-kanzunetti finalisti tal-44 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Ibagħtulna l-kitbiet tagħkom fuq ghanjatalpoplu@gmail.com sal-Ġimgħa 21 t’ Awwissu 2020. Ir-rebbieħ se jingħata pen drive 32 Gb ta’ L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetti rebbieħa mill-edizzjonijiet passati u s-sittax finalisti ta’ din is-sena.

Il-kitbiet li jaslulna jistgħu jixxandru. Din il-kompetizzjoni miftuħa għal kulħadd: tfal, adulti u anzjani. Jekk għandek xi mistoqsija kkuntattjana 🙂

Print Friendly, PDF & Email