JINTGĦAŻLU L-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI

//JINTGĦAŻLU L-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI

JINTGĦAŻLU L-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI

B’kollox ġew sottomessi 137 kanzunetta għat-42 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu  – Festival tal-Kanzunetta Maltija . Il-kanzunetti instemgħu kollha minn ġurija magħmula minn ħames persuni. Issa jmiss li ġurija oħra tisma’ u tiġġudika l-aħjar 42 kanzunetta, billi tismagħhom kantati lajv akkumpanjati minn mużika rrekordjata.

It-42 kanzunetta li għaddew għall-Fażi tas-Semi-Finali (f’Ordni Alfabetika)  huma:

Aħna l-Maltin
Allura
Anamika
Belt tal-Maltin
Bil-Mini jew bl-Għonella
Bis-Serqa
Bla Ħafna Reċti
Dak li Taf
Determinata
Din l-Art Ħelwa
Eku Mill-Belt
Fejn Ma Jasalx il-Kliem
F’ilsien in-Nies
Fjur Fuq it-Tarmak
Fjuri tal-Karti
Għaliex Tlaqt
Ħadd Ma Jaf Xi Jrid
Ħalli Spazju Għan-Nanniet
Il-Gżira tal-Burdell
Jekk Tafx Min Jien
Kartolina Ta’ Mħabba
L-Aħħar Żifna
Lellux
L-Immigrant
L-Ixkubetta Fiha l-Grillu
Manann
Metafora
Mhux kif Ħsibt
Mhux Kulma Jleqq Deheb
Mhux Li Kien
Mhux Tard
Min Aħna
Nistenniek
Oħt
Omm Ta’ Veru
Pawlu l-Babaw
Senduq
Taħfirli
Tbissimli
Tifla
Tir
Wegħdni

 

Dawn il-kanzunetti ser jinstemgħu nhar is-Sibt u l-Ħadd 2 u 3 ta’ Ġunju, u l-ġurija ser ikollha biċċa xogħol iebsa biex tagħżel il-kanzunetti finalisti.  Dawn ser jitħabbru nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju.   Is-serata finali tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ nhar -Sibt l-1 ta’ Settembru 2018, fi Pjazza Teatru Rjal.

Fis-serata finali il-parteċipanti ser ikollhom l-għażla, li jew ikunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra, jew jakkumpanjaw il-kanzunetta huma stess, jew inkella jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom flimkien mal-orkestra.

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti. L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

 

 

 

Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-05-28T01:29:19+00:00 May 27th, 2018|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

thirteen + ten =