Il-kanzunetti finalisti li ser jipparteċipaw fl-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ, se jkunu interpretati minn dawn il-kantanti żgħażagħ, u akkumpanjati live mill-Malta Concert Orchestra. Il-premju L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ jingħata lill-aħjar kanzunetta fost dawk finalisti. Il-Premju L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ikun ddikjarat fl-aħħar ta’ din is-serata. Jingħata wkoll premju għall-kategorija ta dawk il-kantanti li jattendu skola medja, u premju għall-kategorija ta’ dawk li jattendu skola sekondarja.

Print Friendly, PDF & Email