Is-semi-finalisti għall-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

//Is-semi-finalisti għall-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

Is-semi-finalisti għall-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

It-tletin kanzunetta li daħlu għall-fażi semi-finali:

Kanzunetta Kantant/a
Bla Isem Bla Kunjom Bradley DeBono
Ċippitatu Elisa Muscat
Dwell Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard
Fil-Futur Qarib Sheridan Balzan
Ġejjieni Nicole Mifsud
Għerf il-Baħar Thea Gauci
Ħmistax Thea Gauci
Id Moħbija Martina Abela
Id-Daqqa tal-Vjolin Nicole Hammett
Il-Ballata Tal-Vjolin Kira Copperstone
Il-Ħolma Riona Degiorgio
Illużjoni Shazay Grima
Il-Verita’ Charisse Ann Vassallo
Kieku Nista Thea Aquilina
Kliem Eeliana Gomez Blanco
Li Tiżra Taħsad Rachel Lowell
L-Identita’ Bradley DeBono
Ma Kienx ta’ Xejn Aidan Jay Drakard
Ma Nafx Għala Martina Galea Lofreda
Manikkin Luana Schembri
Mhux Tagħna Kacey Azzopardi
Moħħ ta’ Tifla Martina Galea Lofreda
Nann Kristy  Spiteri
Nanna Kayley Cuschieri
Sib Ħin Elisa Muscat
Skont id-Daqqa ż-Żifna Kira Copperstone
Stennejtek Nathan Psaila
Ta’ Rasi Emma Cutajar
Triq Oħra Ilenia Camilleri
Weġibni Ma Jahel Cardona

Il-kanzunetti tas-semi-finali ser ikunu kantati live quddiem ġurija esperta nhar is-Sibt 2 ta’ Diċembru 2017, fejn mit-tletin semi-finalista jintgħażlu s-sittax il-kanzunetta li ser jieħdu sehem fl-istadju finali. Il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ser tittella’ l-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018. Filgħodu il-kanzunetti jitkantaw quddiem udjenza mill-iskejjel fejn ser ikun hemm ġurija żagħżugħa, u filgħaxija tittella’ l-aħħar serata li tkun miftuħa għall-publiku in ġenerali, u jitħabbru r-rebbieħa. Il-kantanti ser ikunu akkumpanjati minn selezzjoni ta’ elementi mill-Malta Concert Orchestra.

L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri grupp ta’ mużiċisti li ser jakkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown,  b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement .

 

By | 2017-11-13T22:30:15+00:00 November 13th, 2017|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

4 − three =