Ir-Rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

//Ir-Rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

Ir-Rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

L-Għanja tal-Poplu – Zgħażagħ 2018

​​ir-Rebbieħa

PRESS RELEASE

L-Għanja tal-Poplu – Zgħażagħ 2018 ittella’ fit-tmiem il-ġimgħa, (il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018),  fit-Teatru ta’ San Benedittu ġewwa Ħal Kirkop. Il-kantanti parteċipanti  kellhom bejn il-11 u s-16-il sena. Il-festival ittella’ bil-għan biex minn sena għall-oħra ż-żgħażagħ ikollhom iktar sehem fil-kitba u l-kompożizzjoni ta’ kanzunetti bil-Malti immirati għaż-żgħażagħ.

Il-Kanzunetta Il-Ħolma  kantanta minn Riona Degiorgio fuq kliem ta’ Raymond Mahoney u mużika ta’ Dominic Cini kisbet il-premju ta’ l-aħjar kanzunetta interpretata minn kantanta mis-sezzjoni ta’ età minn 11 sa 12-il sena.

Il-kanzunetta Dwell   interpretata minn Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Dario Bezzina,   kienet  l-aħjar kanzunetta fil-kategorija minn 13 sa 16-il senau u  rebħet din l-edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ.

Il-kantanti kienu akkumpanjati minn ensemble mill-Malta Concert Orchestra, taħt it-tmexxija talMaestro Joe Brown. Corażon Mizzi flimkien maż-żgħażagħ Kayley Cuschieri u Nathan Aquilina ippreżentaw il-festival.

Intant il-mistiedna speċjali kienu il-Maestro Vincenzo Sorrentino mill-Italja li dderiġa l-ensemble għal tlett kantanti żgħażagħ Taljani promettenti Francesco Puzo, Rosario Lanzara u Luca Rossin.

L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ittella’ mill-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni , l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ u l-MCAST. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza offriet is-servizz ta’ ensemble ta’ 16-il mużiċist, filwaqt li PBS xandar dan il-festival lajv mit-Teatru ta’ San Benedittu, Ħal Kirkop.

L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.

Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-03-04T14:56:34+00:00 March 4th, 2018|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

five × 3 =