Il-Kanzunetti Finalisti- Tittella’ l-Polza

//Il-Kanzunetti Finalisti- Tittella’ l-Polza

Il-Kanzunetti Finalisti- Tittella’ l-Polza

Click edit button t

Fl-1 ta’ Settembru t-42 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija

It-tnejn u erbgħin edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ is-Sibt l-1 ta’ Settembru 2018 fi Pjazza Teatru Rjal il-Belt.  Is-16-il kanzunetta finalista li ntgħażlu minn fost 137 ser jinstemgħu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra li ser tkun komposta minn erbgħin mużiċist taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown u Mro Paul Abela.

Is-Sur Charles Schembri, ċermen tal-festival ħabbar li ġurija magħżula minn fost il-pubbliku u oħra esperta ser tkun qed tagħżel il-kanzunetti rebbieħa. Huwa qal ukoll li dan huwa festival mill-Maltin għall-Maltin. Tul dawn it-42 edizzjoni, mijiet ta’ kompożituri, awturi, kantawturi, mużiċisti u kantanti kkontribwew b’xogħolhom filwaqt li dejjem laqtu l-immaġinazzjoni, l-aspirazzjoni, il-kreattività u l-entużjażmu tal-pubbliku Malti. Is-Sur Albert Marshall, ċermen eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, qal li l-festival għandu jkompli jaħdem favur l-identità kulturali tagħna permezz ta’ kanzunetti bil-Malti, innovattivi u ta’ kwalita’.

L-Għanja tal-Poplu qed jittella’ bl-għajnuna tal-Cultural Partnership Agreement tal-Kunsill Malti għall-Arti, kif ukoll il-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal li qed joffru ir-riżorsi tagħhom biex din l-edizzjoni terġa’ tkun suċċess.

Il-preżentaturi ta’ dan il-festival ser ikunu Kim Dalli u Owen Bonnici. Fit-tieni parti tal-festival, Mro Paul Abela ser jesigwixxi siltiet mis-suċċessi tal-karriera mużikali tiegħu. Il-biljetti għal dan il-festival jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt u hemm prezzijiet speċjali ta’ €10 sal-10 t’Awissu.

L-ordni ta’ kif se jiġu interpretati l-kanzunetti finalisti­­­

fit-42 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija

 

Isem tal-Kanzunetta.  –  Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur)

1 – Għaliex Tlaqt?  –  Ruth Portelli (Ryan Caruana, Mark Scicluna)
2 – Min Aħna?  –  Cain (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
3 – Nistenniek  –  Charlene (Corazón Mizzi)
4 – Allura  –  Philip Vella (Joe Chircop, Philip Vella)
5 – L-Immigrant  –  Alan Casha (Alan Casha u Andrew Vella)
6 – Fjuri tal-Karti  –  Krista Spiteri Lucas (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
7 – L-Aħħar Żifna  –  Mark Cachia (Kantawtur)
8 – Pawlu l-Babaw  –  Neville Refalo (Corazón Mizzi u Neville Refalo)
9 – Anamika –  Monica Said (Monica Said, Conrad Dimech u Michael Camilleri)
10 – Mhux Kif Ħsibt  –  Dwett (Giovann Attard, Pamela Bezzina u Alex Debono)
11 – Din l-Art Ħelwa –  Dominic u Ina (Joe Julian Farrugia, Andrew Zahra)
12 – Mhux Kulma Jleqq Deheb  –  Michela Galea (Emil Calleja Bayliss, Renato Briffa)
13 – Ħadd Ma Jaf Xi Jrid  –  JAMM Band (Kantawturi)
14 – Bis-Serqa  –  Rita Pace (Kantawtriċi)
15 – Wegħdni  –  Lydon Incorvaja (Rita Pace, Glen Vella)
16 – Fi Lsien in-Nies  –  Dario u Grecia Bezzina (Emil Calleja Bayliss u Dario Bezzina, Dario Bezzina)

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.

o change this text.

Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-07-29T17:02:36+00:00 July 29th, 2018|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

eighteen − 5 =