Hadd Ma Jaf Xi Jrid

/Hadd Ma Jaf Xi Jrid

Hadd Ma Jaf Xi Jrid

JAMM Band

JAMM Band hija band versatili li ddoqq ħafna stili differenti ta’ mużika. Din il-band hija mibnija minn ħames membri, li l-maġġor parti mill-Mellieha. Ġiet iffurmata f’Marzu tal-2009 u fetħet bil-kunċert “Canzoni vs. Songs” li seħħ fit-teatru Grieg ta’ Ta’ Qali. Minn dakinhar, il-band ħadet sehem f’diversi serati, li fihom stiednet bosta kantanti sabiex jittella’ programm oriġinali ta’ mużika varjata minn żminijiet differenti, fosthom kunċert ġo Adenau (il-Ġermanja) fejn JAMM Band kienet mistiedna għal ‘heimat fest’.  JAMM Band ħarġet l-ewwel kanzunetta originali tagħha “Rigal Kbir għal Kulħadd” f’ Awwissu ta’ 2013. Din hija l-ewwel sena li JAMM Band ikkwalifikat bħala mamist fil-kompetizzjoni “L-Għanja tal-Poplu”.

 Il-Ħsieb tal-Kanzunetta:  

Il-kanzunetta tittratta dwar kif is-soċjetà tal-lum qed issir dejjem aktar materjalista aktar ma’ jgħaddi ż-żmien. Madanakollu, fl-istess waqt xorta mhix kuntenta;  il-ġdid malajr isir rutina u bla gost. Kulħadd ikollu kilba naturali għal dak li huwa aħjar milli diġà għandu, iżda permezz tat-teknoloġija moderna u idealoġiji ġodda u futuristiċi, illum sar facli iktar minn qatt qabel takkwista dak li tixtieq qalbek mingħajr konsekwenzi. Iżda ezatt kif takkwista dak li trid, tiġi rgħiba għal xi ħaġa oħra jiġifieri fi ftit kliem, qegħdin ngħixu fi żmien fejn ħadd ma jaf xi jrid.

Nies fuq il-palk: 

Mark Cachia – Kantant;

Anthony A. Cachia – El. Guitar

Kevin Gatt – El. Guitar ;

Chris Abela – Bass

 

Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-08-29T15:52:26+00:00 August 28th, 2018|Uncategorized|Comments Off on Hadd Ma Jaf Xi Jrid

About the Author: