Finalisti Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ

//Finalisti Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ

Finalisti Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ

Jitħabbru l-Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

Dawn huma il-kanzunetti finalisti li ntgħażlu minn ġurija wara li nstemgħu lajv waqt semi-finali nhar is-Sibt 2 ta’ Diċembru 2017. Is-17-il kanzunetta finalista f’ordni alfabetika huma kif ġej:

Kanzunetti Finalisti   Kantanti
Bla Isem Bla Kunjom Bradley Debono
Dwell Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard
Għerf il-Baħar Thea Gauci
Ħmistax Thea Gauci
Il-Ħolma Riona Degiorgio
Il-Verita’ Charisse Ann Vassallo
Kieku Nista’ Thea Aquilina
Kliem Eliana Gomez Blanco
Li Tiżra Taħsad Rachel Lowell
Ma Nafx Għala Martina Galea Loffreda
Manikin Luana Schembri
Sib Ħin Elisa Muscat
Skont id-Daqqa ż-Żifna Kira Copperstone
Stennejtek Nathan Psaila
Ta’ Rasi Emma Cutajar
Triq Oħra Ilenia Camilleri
Weġibni Ma Jahel Cardona

 

Il-ġurija faħħret lill-kantanti kollha għall-preparazzjoni tagħhom  f’dak li hu kant u nterpretazzjoni tal-kanzunetti. Il-ġurija qalet li L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ huwa inizjattiva tajba u sabiħa, u wriet x-xewqa li fil-futur iż-żgħażagħ jkollhom sehem fil-kitba tal-kanzunetti ta’ dan il-festival. Hekk iż-żgħażagħ jkun jistgħu jesprimu il-ħsiebijiet u x-xewqat tagħhom permezz tal-kanzunetta.

 

Il-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ser jittella l-Ġimgħa 2 ta’ Marżu 2018, fit-Teatru tal-Kulleġġ San Benedittu.  L-ewwel preżentazzjoni tal-kanzunetti ser issir filgħodu quddiem studenti  minn diversi skejjel medji u sekondarji. Filgħodu ser ikun hemm ġurija magħmula mill-istudenti.  It-tieni preżentazzjoni  tal-kanzunetti  ser issir fl-istess ġurnata u tkun miftuħa għall-publiku, u jkun hemm ġurija esperta. Fl-aħħar tas-serata titħabbar l-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ 2018.

 

L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri grupp ta’ mużiċisti li ser jakkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown,  b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

 

L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement .

 

By | 2017-12-06T13:37:05+00:00 December 5th, 2017|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

7 − five =