Dawn huma il-kanzunetti finalisti li ġew magħżula għas-serata finali tal-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ 2019, li ser jittella’ fil-15 ta’ Marzu fit-Teatru tal-Kulleġġ San Benedittu – Ħal-Kirkop.

Kanzunetti Finalisti f’ordni alfabetika

Kanzunetta Kantant/a/i
Fil-Fond Demi Galea
Għoxrin Martina Galea Loffreda
Ħaġar Qim Gianluca Cilia
Ħamra Nar Elisa Andrea Muscat
Ħorrox Borrox Jasmine Farrugia
Ilallu Nathaniel Attard u Martina Abela
Iljun Amber Grace Scerri
Jonqsok Biss il-Kliem Kacey Azzopardi
Kellimni Kayley Cuschieri
Kull Deni Ħudu B’Ġid Klara Vassallo u Leon Bartolo
Leħni Eksenia Sammut
Mużajk Shania Cauchi
Qegħdin Sew! Kayley Cuschieri
Stenbaħt Mychael Bartolo Chircop
Tal-Punt Thea Aquilina
Taparsi Nathaniel Attard

Is-sittax-il kanzunetta ġew magħżula minn 24  kanzunetta semi-finalista, li ġew kantati live quddiem il-ġurija. Is-serata finali tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2019, ser tittella’ nhar  il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2019 ġewwa t-Teatru tal-Kulleġġ San Benedittu.

L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ hu organizzat mill-organizzazzjoni L-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri grupp ta’ mużiċisti li ser jakkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Joe Brown u Mro Paul Abela,  b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

L-Għanja tal-Poplu hi mgħejuna mill-Kunsill Malti għall-Arti permezz tal-Cutural Partnership Agreement.

Print Friendly, PDF & Email