Finalisti 2018

//Finalisti 2018

Finalisti 2018

Jitħabbru l-finalisti tat-42 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija li ser jittella’ s-Sibt l-1 ta’ Settembru fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

Għal din l-edizzjoni  tal-festival b’kollox daħlu  137 kanzunetta. L-ewwel ġurija semgħet il-kanzunetti  rrekordjati fuq CD, u minnhom għażlet l-aħjar 42 kanzunetta . Dawn imbagħad instemgħu kantati live u akkumpanjati minn recorded backing mit-tieni ġurija li għażlet is-sittax-il kanzunetta finalista, elenkati  hawn:         

                                   Is-Sittax-il Kanzunetta Finalista tat-42 edizzjoni, f’Ordni Alfabetika:

  Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur/i, Kompożitur/i)
  Allura – Philip Vella (Joe Chircop, Philip Vella)
  Anamika – Monica Said (Monica Said, Conrad Dimech & Michael Camilleri)
  Bis-Serqa – Rita Pace
  Din L-Art Ħelwa – Dominic u Ina (Joe Julian Farrugia,  Andrew Zahra)
  Fi Ilsien in-Nies – Dario u Grecia Bezzina (Emil Calleja Bayliss/Dario Bezzina, Dario Bezzina)
  Fjuri tal-Karti – Krista Spiteri Lucas (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
  Għaliex Tlaqt? – Ruth Portelli (Ryan Caruana, Mark Scicluna)
  Ħadd Ma Jaf Xi Jrid – Jamm Band
  L-Aħħar Żifna – Mark Cachia
  L-Immigrant – Alan Casha  (Alan Casha & Andrew Vella)
  Mhux Kif Ħsibt – Dwett (Giovann Attard, Pamela Bezzina &Alex Debono)
  Mhux Kulma Jleqq Deheb – Michela Galea (Emil Calleja Bayliss, Renato Briffa)
  Min Aħna? – Cain Portelli (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
  Nistenniek – Charlene (Corazón Mizzi)
  Pawlu I-Babaw – Neville Refalo (Corazón Mizzi & Neville Refalo)
  Wegħdni – Lydon Incorvaja (Rita Pace, Glen Vella)

Il-ġurija espremit li kienet kuntenta bil-livell milħuq.

Il persuni li taw is-sehem tagħhom bħala membri tal-ġurija kienu s–sinjuri : Bertu Aquilina, Michael Bugeja, Rita Calleja, Maria Ciappara, Vince Fabri, Justin Galea, Frank O’Neill,  Vanni Pule, Jesmond Tedesco Triccas u Mariele Zammit.  Fl-istadju tal-finali, il-ħsieb huwa li r-rebbieħa jkunu magħżula minn ġurija popolari flimkien ma’ ġurija esperta.

It-42 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija  ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan il-festival huwa organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-06-05T13:55:37+00:00 June 4th, 2018|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

8 − 6 =