Festival li jinkoraġixxi l-liberta’ tal-espressjoni

//Festival li jinkoraġixxi l-liberta’ tal-espressjoni

Festival li jinkoraġixxi l-liberta’ tal-espressjoni

Laqgħa informattiva dwar L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija

fi Project House, il-Furjana

Il-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan il-festival huwa organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti. L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

L-għan tal-festival L-Għanja tal-Poplu huwa li jgħolli l-livell tal-kanzunetta Maltija.  Permezz ta’ dan il-festival jinħoloq  sforz kollettiv mill-aritisti tal-kanzunetta Maltija biex jinħolqu kanzunetti ġodda ta’ kwalit​à​.  Minn​ naħa l-oħra l-organizzaturi tal-Għanja tal-Poplu flimkien mal-kollaboraturi jorganizzaw l-festival ta’ kwalit​à li jservi ta’ pjattaforma ta’ promozzjoni għall-kanzunetti finalisti.

F’dan il-festival  l-artisti għandhom il-libert​à​ li jiktbu u jikkomponu kanzunetti kif jixtiequ huma. Barra minn hekk jistgħu jagħżlu li jkollhom l-akkumpanjament tal-orkestra, jakkumpanjaw il-kanzunetti tagħhom stess, jew jakkumpanjaw il-kanzunetti tagħhom stess flimkien.

L-organizzatturi tal-festival ħabbru li ser iniedu Klabb Għanja li jħaddan  fi​h​ artisti u persuni li jaħdmu favur il-kanzunetta Maltija bl-ilsien Malti. Permezz ta’ Klabb Għanja l-membri jistgħu joħolqu inizzjattivi ġodda favur il-kanzunetta Maltija. Barra minn hekk Klabb Għanja ser iservi ta’ vuċi għall-awturi u kompożituri u Kantanti tal-kanzunetta Maltija. Ġie ssu​​ġġerit li l-membri ta’ dan il-klabb jkunu jistgħu jorganizzaw attivitajiet bis-sapport tal-kumitat L-Għanja tal-Poplu. Iktar informazzjoni dwar Klabb Għanja tinsab fil-website www.ghanjafest.com <<hawn>>

Waqt il-laqgħa gie ssuġ​ġ​erit li għall-festival jkun hemm ġurija iktar wiesgħa. Intant l-organizzatturi ħabbru li waqt il-prova ġenerali ser tattendi ġurija popolari mistiedna mill-kumitat organizzattiv.  Il-ħsieb tal-organizzatturi huwa li din il-ġurija ser tingħata ħafna iktar importantanza  għax iktar hija rapreżentattiva .

Inghataw dettalji dwar il-festival li jinsabu elenkati fir-regolamenti lil jinsabu fil-website  www.ghanjafest.com << hawn >>

L-Għanja tal-Poplu jixtieq jirringrazzja lil General Soft Drinks u lil Mannarinu Caterers li kienu li kienu l-isponsors ta’ din il-laqgħa.

Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-04-19T21:52:16+00:00 April 19th, 2018|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

four × 5 =