Loading Events
This event has passed.
Dan il-webinar miftuħ għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija, speċjalment għal min jixtieq jieħu sehem f’L-Għanja tal-Poplu. Dakinhar tal-webinar se nniedu r-regolamenti tal-festival.
Nistidnuk tattendi dan il-webinar billi tirreġistra online fuq www.tinyurl.com/ghtp-webinar-reg
Wara għandek tirċievi ħolqa biex tkun tista’ tidħol fil-webinar.
Programm
Il-Professur Manwel Mifsud jitkellem fuq X’jagħmel kanzunetta tajba
Diskussjoni: Intejbu l-lirika tal-Kanzunetta Maltija
Kelliema: Trevor Zahra, Dr Michael Spagnol, Leanne Ellul u Sephora Francalanza
Mistoqsijet minn dawk preżenti
Tnedija tar-regolamenti tal-45 Edizzjoni
Tmexxi l-webinar: Dr Ingrid Vella
Il-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu bil-kollaborazzjoni tal-Malta Concert Orchestra u ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Dan il-webinar qed jittella’ b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta.

 

Print Friendly, PDF & Email
Go to Top