David Azzopardi

space

 

 

"Tini idejk" mhix biss waħda mill-ħafna għanjiet sbieħ li David Azzopardi rregala lill-pubbliku Malti. Hija wkoll xhieda ta' l-attitudni pożittiva u l-messaġġ ħabib li jinsabu dejjem fil-produzzjoni ta' dan il-kantarrt. David beda żmien ilu mal-grupp ta' I-MSSP, u magħhom kiteb u kanta bosta kanzunetti, l-aktar b'tema reliġjuża, morali jew folkloristika. Dawn ħariġhom ukoll fgħadd ta' LPs, kotba tal-mużika, u issa CDs li saru parti mit-tradizzjoni Maltija. Biżżejjed insemmu kanzuneti bħal "Għasfur tal-bejt", "Tal-pitrolju" u "Bambin iswed". Għalkemm ħadem ħafna f'karigi importanti fix-xandir, David żamm dik is-sempliċità u l-ftuħ lejn l-oħrajn li għadhom jagħmluh tant maħbub u popolari mal-poplu Malti.

space
space

Akkwista' Album ta' David Azzopardi

spaceMur Lura

space