Il-Budaj

Frans Baldacchino, Il-Budaj kien ħabib tal-Għanja tal-Poplu.

Kien kburi jghanni bl-ilsien Malti. Ironikament kellhom ikunu l-Franċizi li rrekordjaw l-ewwel CD tal-Budaj.

 

space

space space

 

 

Ħuwa ipparteċipa fl-Għanja tal-Poplu 2001 bil-kanzunetta 'Tisimgħu Tissaħar' u kiseb l-ewwel premju, b'għanja li żżewwaq l-għanja tradizzjonali ma' dik moderna.

 
space

 

L-Għanja tal-Poplu onorat lill-Budaj bil-premju 'L-Għanja li Tibqa’ fl-2002, bħala rikonoxximent tal- ħidma kontinwa favur l-Għanja Maltija.

 

 

 

 

 

budaj

 

 

space space

ż

 

Frans Baldacchino Il-Budaj, ħalliena fil-21 ta Ġunju 2006, imma l-Għanja tiegħu tibqa'.

 

 

 

 

 

L-Għanja li tibqa'

Gih Mogħti lil Frans Baldacchino fl-2002, għall-ħidma kontinwa fil-qasam tal-kanzunetta Maltija.

Lil ħadd ma għandu jidher stramb li l-ġieħ lill-persunġġ fil-qasam tal-kanzunetta Maltija qed imur wkoll għand għannej, u għannej prim. Frans Baldacchino. Il-Budaj, għandu l-mertu kbir li kien l-iktar persunaġġ responsabbli biex  l-għana  mhux biss jinżamm, imma jibqa’ jiżvilluppa  f’temi ġodda  li jixirqu lill-pass ta’żvillup tal-poplu tagħna. Mhux ta’ b’xejn li bosta  nies li l-għana qatt ma riedu jisimgħu biss bih, issa qed iwaqqfu widnejhom malli jisimgħu dik il-kisra fina u espressiva ta’ leħen il-Budaj. Frans huwa persunaġġ interessanti u kolt, artista konxju u ġenwin kif jidher mhux biss mill-bosta għana maħsub li jikteb, imma wkoll mill-poeżiji teigħu ppublikati fil-ktieb “Imrieżaq ta’ Qalbi” u fil-kwadri sbieħ tal-pittura  tiegħu. Is-sena li għaddiet Frans daħal ukoll fil-lista tar-rebbieħa ta’ “L-Għanja tal-Poplu”, b’kanzunetta interessanti li tfisser ir-rabta ta’ l-għana tradizzjonali mal-kanzunetta Maltija tal-lum. Għalina l-Budaj jirrapreżenta dik il-kontinwita’ importanti li tant nixtiequ fix-xena mużikali Maltija.

Kitba : Dr Manwel Mifsud - April 2002

K

 

Mur Lura

 

space

Artikli oħra dwar Frans Baldacchino:

http://www.allmalta.com/ghana/fame19.html