|
|
|
![]() X-Tend X-TEND raw l-ewwel żerniq f'Settembru 1984, b'wirja ġewwa l-kwartieri ta' l-iscouts l-Hamrun.Hames zagħzagħ bixriethom mħawda, lebsin stramb, iżda għatxana biex iferrgħu ħsibijiethom f 'għanjiet b'ħoss frisk magħġun ma preżenza qawwija fuq il-palk. Wara debutt televiziv f ' ''Arzella'', X-tend salpaw fuq vjagg ta' l'fuq minn elf dehra, f'kuncerti u wirjiet fosthom f ' San Remo, Aspendos,Frankfurt ,Cologne, u Parigi b'video taħt t-torri Eiffel.L-ewwel grupp Malti li ħadem video professjonali f '1985, l-ewwel li nidew C.D. sew bl-ingliż , ''Social Dancing'', Awissu 1991, u sew bil-Malti , ''Sbieħ il-Milied'', December 1991, u l-ewwel li harġu C.D interattiva - ''Big Boys Don't Cry'' fl-1997. Minn ''I can feel'' f'1985 sa ''Conclusion'' f' 2006, X-tend varaw għaxar albums ,Extend, Boys of Tommorrow, Bits from the scrapyard, Sbieħ il-Milied 1, Social Dancing, Sbieħ il-Milied 2, Let's have a party, Collage, Powerplay,u The collection. Rebħu l-aqwa grupp f'1987 u hadu l''award'' għall-aqwa album f'1997 b' ''Powerplay''. Xogħolhom matul iz-zminijiet jixhed in-namra li Charlie, Eric, Godwin u Noel , għandhom għal muzika, filwaqt li jsostnu li l-aħħar xogħol ta' X-tend għad irid isir. |
|
|||
| >>> mur fl-ewwel paġna <<< | ||||||