space
 
Corazon
 
Walter

WALTER MICALLEF u CORAZON


Walter Micallef twieled f'Birkirkara fl-24 t'Ottubru, 1955. F'nofs is-snin sebgħin kien wieħed minn numru ta' kantawturi Maltin, li ħallew il-kant t'aljenazzjoni, li kienet 'in voga' u bdew ikantaw fuq temi skartati minn oħrajn - l-abbuż tal-poter, l-oppressjoni reliġjuża, il-burokrazija ta' l-Istat, is-sesswalità u l-qerda tal-ambjent naturali Malti.. Hu beda jieħu sehem fil-Festival tal-Y.T.C., li kien jinżamm ġewwa l-belt Valletta. Rebaħ dan il-festival l-ewwel darba fl-1979 bil-kanzunetta "Ġuvni", li kienet silta ta' protesta.
Corazon hija kantawtrici żagħżugħa. Għandha biss 22 sena izda l-imħabba tagħha lejn il-mużika feġġet ta’ eta’ żghira. B’pedament sod fid-dixxiplina klassika, Corazon tħobb tesperimenta bil-kreattivita’ tagħha f’kanzunetti li tikteb u tkanta hi stess. Sadanittant għadha tistudja u bħalissa qieghda fl-ahhar sena tagħha tistudja taħt il-Fakulta’ tal-Liġi fl-Universita’ ta’ Malta.  Din hija r-raba’ parteċipazzjoni ta’ Corazon fil-festival l-Għanja tal-Poplu. Fis-sena 2007, rebħet dan il-festival bis-silta ‘Hawn Jien’. Is-sena l-oħra, bis-silta ‘Illejla b’Xejn’ rebħet il-premju għall-aqwa interpretazzjoni.

Din hija l-ewwel darba illi Walter Micallef u Corazon qed jikkollaboraw flimkien, f’silta li hi ghal qalbhom hafna. ‘Tal-aħħar’ tieħu forma ta’ djalogu mqanqal u profond bejn koppja li waslu biex jinfirdu. Is-silta tingħata kulur differenti bit-tinsiġ tal-istili taż-żewġ kantawturi – taġlita illi tirrendi l-kanzunetta ‘Tal-aħħar’ unika, fis-sempliċita` tagħha.


 
space