|
|
|
Teddie Zammit Jiena Teddie Zammit, kantawtur minn Għawdex li ilni mill-2001 nipparteċipa fil-festival Għanja tal-Poplu. Din se tkun is-seba’ darba li se nipparteċipa u matul dan iż-żmien ħdimt ma’ diversi mużiċisti u kantanti fosthom il-vjolinista Mariella Cassar, Morena, Rita Pace u oħrajn. Fl-2001 il-kanzunetta “Riflessi”, li tagħha kont l-awtur u l-kompożitur rebħet l-aħjar arranġament mużikali u fl-2004 bil-kanzunetta “Storja Bejn Tnejn” fi dwett ma’ Morena klassifikajt fit-tielet post. Indoqq il-kitarra akustika u il-harmonica. Inħobb nisma u ndoqq il-mużika live speċjalment meta nkun ma’ mużicisti oħrajn. Ilni ghal dawn l-aħħar ħmistax-il sena bħala kantant u kitarrista mal-grupp folkloristiku Astra u flimkien ma’ dan il-grupp irrapreżentajt lil Malta għal diversi drabi barra minn pajjiżna. Miżżewweġ lil Frances għal dawn l-aħħar għoxrin sena u għandi żewgt itfal; Mark Laurence u Elena.
|
|
|||