space  

Sandro Cassar
Sandro Cassar, eta 31 min Pembroke. Ilni inkanta għal dawn l aħħar disa’ snin. Għalkemm dejjem ħassejt lil mużika kienet dejjem fiha, nista ngħid li l-karriera bdiet propju mil karaoke. Iltqajt ma’ ħafna nies importanti fil-qasam tal kant u kienu huma li wasluni li nibda nieħu xi lezzjonijiet fil-vuċi. Filfatt kien propju Brian Cefai li ħajjarni.
L-ewwel konkors ta’ kanzunetta Maltija li ħadt sehem fiha kien "Għaqda fil-Melodija" ta’ l-2005 fejn il-kanzunetta tiegħi kienet waħda minn tnax li hadu sehem minn madwar 138 kanzunetti li ipparteċipaw. Il-kanzunetta kien jisimha “Fomm Is Skiet" bi kliem u mużika ta’ Augusto Cardinali.   
Fl-2006, ipparteċipajt fl-Għanja tal Poplu  b' kanzunetta bl-isem ta’ “Dmugh", miktuba minn Giovann Attard u b’mużika ta’ Augusto Cardinali li kienet ġiet fir raba post.
Issa il mużika waslitni biex ninġibed ħafna għal jazz u swing li poġġewni fi triqat ġodda u sodi fil karriera.

Keith Zammit - awtur

Keith Zammit, twieled fil-21 ta’ Mejju 1983, għex u trabba l-Mosta. Beda jikteb il-lirika minn meta kellu biss sittax–il sena.

Fis-sena 2001, għamel id-debutt tiegħu meta kanzunetta minn tiegħu giet interpretata fil-pubbliku. Minn dakinhar, Keith qatt ma ħares lura u baqa’ jikteb aktar lirika. Fil-fatt huwa kiseb diversi suċċessi kemm f’Malta, kif ukoll barra minn xtutna. Fost dawn, f’Settembru li għadda, Keith għamel isem lil pajjiżna b’ żewġ kitbiet minn tiegħu li waslu sas-semi finali f’konkors internazzjonali.

Barra minn hekk, Keith ħa sehem fl-Ghanja tal-Poplu Zghħazagħ 2006 fejn irnexxielu jikseb it-tielet post, kif ukoll kien wieħed mill-finalisti fl-aħħar edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu.

space
 
space