space RitaPace
Rita Pace

Rita Pace hija waħda mill-kantawturi stabbiliti u kitbet kemm għalija kif ukoll għall-kantanti oħrajn. Tħobb tvarja minn stil għall-ieħor u anke tgħaqqad tipi differenti ta' mużika: tħobb mhux biss il-mużika klassika imma anke rock, blues, etnika, pop u anke l-għana. Għalija l-mużika u l-lirika huma lingwa oħra u ma tħobbx tillimita ruħha għal stil wieħed biss.

Ħadet sehem f'ħafna festivals prestiġġużi bil-Malti u bl-Ingliż u kklassifikat fl-ewwel tlett postijiet diversi drabi, kif ukoll kantat barra minn Malta. Ħafna mill-kanzunetti bil-Malti jittrattaw temi soċjali, fosthom 'Grazzi' dwar l-addozzjoni, 'Bil-Maqlub' dwar id-dislessja, 'Issa Zzejjed' fuq iż-żgħażugħ, 'Palazz Għal Tnejn' fuq l-pressjoni fuq koppji żgħażagħ, 'Tħallinix' fuq telf ta' tarbija, 'Anġli Tas-Skiet' fuq l-abbuż fuq it-tfal u ħafna oħrajn.

Kitbet għal diversi għaqdiet fuq CDs li jqajmu għarfien dwar problemi soċjali, fosthom Share Malta, Razzett tal-Ħbiberija u Sedqa.

Is-sena l-oħra ikkolaborat għall-ewwel darba ma' Teddie Zammit bil-kanzunetta 'L-Għalliem Tiegħi' dwar l-għannej bħala l-għalliem tal-kanawturi Maltin.

Din is-sena kitbu 'Jien Kont Hemm' lirika tagħha u mużika ta' Teddie Żammit. Din il-kanzunetta għandha tema b'saħħitha fuq bniedem korrott wiċċ imb'wiċċ mal-mewt u mal-ħażen li wettaq f'ħajtu. Bħalissa Rita għaddejja fuq proġetti oħra ta' kitba.

  Kanzunetta 2008  :   Jien Kont Hemm

space
>>> mur fl-ewwel paġna <<< 
space