ARA u ISMA' |
||
2008 |
||
2007 |
2005 |
|
2004 |
2003 |
2002 |
1999 |
||
1998 |
1996 |
|
1994 |
1993 |
|
L-GĦANJA LI TIBQA' |
New Cuorey
|
Walter Micallef
|
Frank O'Neil
|
Alfred C. Sant
|
Freddie Portelli
|
Dominic Galea |
Joe Friggieri |
| Daħla | Facebook | Regolamenti | Biljetti | Ara U Isma' | Siti Oħra | Kuntatt |
Regolamenti
(Niżżel kopja tar-Regolamenti u Applikazzjoni format pdf )
Il-festival
1.
Il-festival L-Għanja tal-Poplu 2011 se jkun festa ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti.
2.
Il-kanzunetti se
jkunu interpretati u akkumpanjati live.
3.
Għall-iskop ta’
dawn ir-regolamenti, il-kelma ‘parteċipant’ tfisser ‘kompożitur, awtur, grupp jew kantawtur li ħolqu l-kanzunetta’. Il-kantant/a/i
flimkien mal-mużiċist/i jinterpretaw il-kanzunetti
tal-parteċipanti. Huwa mħeġġeġ, għalkemm mhux bilfors, li min joħloq
il-kanzunetta jkollu sehem attiv fl-esekuzzjoni tagħha.
4.
Kull parteċipant,
kantant jew mużiċist li jieħu sehem fis-serata finali tal-festival għandu
jkollu ’l fuq
Il-kanzunetti
5.
Il-kanzunetti
jridu jkunu bil-Malti u l-vuċi trid tkun tinftiehem.
6.
Il-kanzunetti
jridu jkunu oriġinali u li qatt ma ġew ippubblikati .
7.
Is-suġġett
tal-kanzunetti jista’ jkun dak kollu li jridu l-parteċipanti.
8.
Kanzunetti
b’suġġett vulgari jew ta’ propaganda partiġġjana ma jiġux aċċettati.
9.
Il-kanzunetti ma
jridux ikunu itwal
L-ewwel
selezzjoni
10.
Il-kumitat
organizzattiv se jaħtar persuni indipendenti minnu li jkunu inkarigati
jorganizzaw il-ġuriji.
11.
Il-parteċipanti
huma mistiedna jissottomettu sa tliet (3) kanzunetti differenti għall-ewwel
fażi tas-selezzjoni.
12.
F’din l-ewwel selezzjoni, il-ġurija se tagħżel
il-kanzunetti skont il-kliem u l-melodija. Għaldaqstant f’dan l-istadju,
ir-rekording demo m’hemmx għalfejn ikun ta’ kwalità professjonali. B’hekk,
parteċipant jista’ jevita spejjeż żejda.
13.
Ir-rekording
tal-kanzunetta jrid jagħti idea tal-mod kif il-kanzunetta se tinstema’ waqt
il-festival.
14.
Il-kanzunetti
jridu jkunu rrekordjati fuq CD.
15.
Kull CD
titqiegħed f’envelopp ta’ qies A4 flimkien ma’ erba’ kopji tal-lirika u
l-applikazzjoni mimlija mill-parteċipanti. Ma’ kull CD titħallas kontibuzzjoni
ta’ €25 għall-parteċipazzjoni fil-festival. Dawn iridu jaslu l-Y.T.C., 227 Triq
il-Merkanti l-Belt, nhar it-Tnejn 13 ta’ Frar 2012 (, data issa estiża għas-27 ta' Frar 2012),
jew filgħodu bejn l-10.30 am u l-11.30 am inkella filgħaxija bejn is-7.00pm u
d-9.00 pm.
16.
L-awturi u l-kompożituri li jkunu daħħlu
kanzunetta għall-festival jingħatawlhom biljett għas-serata finali.
Il-kantawturi u l-gruppi jingħatawlhom żewġ biljetti. Dawn iridu jinġabru
mill-Y.T.C. fl-ewwel ġimgħa ta’ April.
L-għażla tal-kanzunetti finalisti
17.
Wara li
jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, jintgħażlu l-kanzunetti finalisti.
18.
Il-ġurija
tal-ewwel selezzjoni ma tkunx l-istess ġurija tas-serata finali.
19.
Kanzunetta li
tkun intgħażlet bħala finalista ma tistax tiġi rtirata mill-parteċipanti.
Preparazzjoni għas-Serata Finali
20.
Wara li jitħabbru l-kanzunetti
finalisti jingħata żmien biex il-kanzunetti magħżula għas-serata finali jiġu
rrekordjati għall-pubblikazzjoni fuq is-CD uffiċjali tal-Festival.
21.
Il-copyright
tal-kanzunetti jibqa’ tal-awturi u l-kompożituri rispettivi.
22.
Il-parteċipanti
finalisti tingħatalhom pubbliċità fuq il-mezzi tax-xandir fil-ġimgħat ta’ qabel
il-festival. Għalhekk il-parteċipanti għandhom jikkoperaw mal-kumitat
organizzattiv biex dan ikun jista’ jsir.
23.
Dawk il-finalisti
li jsibuha difficli biex jakkumpanjaw il-kanzunetti tagħhom live, il-kumitat se
jgħinhom billi jipprovdilhom is-servizz ta’ pjanist bi ħlas nominali.
Il-provi
24.
Min se jieħu
sehem fil-festival irid jkun lest li jattendi f’dawn id-dati:
·
Il-Ħamis 19 t’April
filgħaxija, meta ssir l-ewwel prova tal-kanzunetti individwali.
·
Il-Ġimgħa
20 t’April filgħaxija, meta ssir il-prova ġenerali.
·
Is-Sibt
21 t’April mis-7:30p.m., meta tibda s-serata
finali sakemm jitħabbar ir-riżultat.
25.
Il-kumitat se
jipprovdi: pjanu, drum-kit elettroniku, kif ukoll tliet digital input boxes
(għal, pereżempju, żewġ kitarri u strument ieħor), żewġ mikrofoni
għall-kantanti u żewg mikrofoni għall-backing vocals. Il-kanzunetta għandha
tkun esegwita b’mod sempliċi kemm biex tirrifletti l-karattru tal-festival, kif
ukoll biex jitnaqqsu d-diffikultajiet tekniċi. Jekk tipprevedi problemi tekniċi
kkuntattjana
26.
L-attenzjoni
tal-ġurija u l-udjenza se tkun fuq il-kliem, il-mużika u l-interpretazzjoni
tal-kantant. Ftakar li żidiet oħra, bħal żfin u mima, jistgħu jtellfu l-attenzjoni.
Is-serata finali
27.
Il-kanzunetta li titkanta fil-finali trid tkun
l-istess kanzunetta li tkun ippreżentata fl-eliminatorja.
28.
Jiġu ppreżentati
trofej lill-parteċipanti tal-aħjar tliet kanzunetti u tingħatalhom
l-opportunità li jagħżlu kantant/a biex jieħu/tieħu sehem f’festival barra
29.
L-awtur u
l-kompożitur tal-kanzunetta rebbieħa ta’ L-Għanja tal-Poplu 2012 jingħatalhom
ukoll it-trofew L-Għanja Tal-Poplu li jinżamm sal-edizzjoni ta’ wara, u żewg
safriet f’destinazzjoni fl-Ewropa, skont l-għażla tagħom.
30.
Jingħataw ukoll
trofej (a) lill-awtur tal-kanzunetta bl-aħjar tema soċjali, (b) lill-kantant/a
jew grupp bl-aħjar interpretazzjoni, u (ċ) lill-kantant tal-kanzunetta
rebbieħa. Din is-sena se jingħata wkoll premju għall-aħjar kantawtur/riċi u
l-WAFA se tippreżenta premju ieħor għall-aħjar talent żagħżugħ.
31.
L-Għanja
tal-Poplu 2012 se jixxandar fuq it-TV u l-internet.
32.
Il-Kumitat se
jippubblika CD uffiċjali tal-festival bi ktejjeb bil-lirika tal-kanzunetti.
33.
Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat l-Għanja tal-Poplu huma
finali.
Is-sehem tiegħek
f’dan il-festival għandu jkun esperjenza pożittiva, għalhekk inħeġġuk
tipparteċipa. Jekk għandek xi mistoqsija jew diffikultà, nistidnuk
tikkuntattjana. Min-naħa tagħna se nżommuk aġġornat/a b’dak li jkun qed jiġri
permezz tal-website www.ghanjafest.com. Jekk għandek ħbieb li
jista’ jinteressahom li jieħdu sehem fil-festival, ħajjarhom jieħdu sehem.
Parteċipanti riċenti |
||
| Antonio Olivari | ||
| Augusto Cardinali | ||
| Brikkuni | ||
| Corazon Mizzi | ||
| Danjeli u Justin Galea | ||
| Deo Grech | ||
| D-Seven u Mark Agius | ||
| Frank O'Neill | ||
| Heathcliff Balzan | ||
| His Project Band | ||
| Justin Galea | ||
| Mario Debono | ||
| Philip Vella | ||
| Plato's Dream Machine | ||
| Rita Pace | ||
| Teddie Zammit | ||
| Tony Vella | ||
| Walter Micallef | ||
| X-Tend | ||
| KANTANTI RIĊENTI | ||
| Anabel Spiteri | ||
| Sandro Spiteri | ||
| Angele Cristina | ||
| Christabelle Curmi | ||
| Maria Abdilla | ||
| Geordie | ||
| Dario Bezzina | ||