Festival
L-GĦANJA TAL-POPLU
www.ghanjafest.com
It-34 Edizzjoni
Is-Sibt 28 ta' Novembru
2009
DOWNLOAD
REGOLAMENTI U APPLIKAZZJONI
word document
Il-festival L-Għanja Tal-Poplu huwa għal min irid jesprimi ruħu permezz tal-kanzunetti oriġinali bil-Malti. Il-festival għandu jservi ta’ palk fejn inkunu nistgħu napprezzaw ix-xoghol ta’ xulxin f’atmosfera ta’ ħbiberija.
Il-Festival
1. Il-festival l-Għanja tal-Poplu 2009 ser ikun festa ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti.
2. Parteċipant għall-festival L-Għanja tal-Poplu 2009 jista jkun jista’ jkun jew kantawtur, jew grupp, jew tim ta’ awtur u kompożitur li jgħażlu kantant/i u mużiċisti li jinterpretaw il-kanzunetta fuq il-palk.
3. Kull partecipant irid ikun ’l fuq minn sittax-il sena.
Il-Kanzunetti
4. Il-kanzunetti jridu jkunu bil-Malti u l-vuċi trid tinftiehem.
5. Il-kanzunetta ma’ tridx tkun itwal minn 3 minuti u nofs.
6. Is-suġġett tal-kanzunetti jista’ jkun fuq dak kollu li jrid l-awtur.
7. Kanzunetti bi skop ta’ propoganda partiġġana jew b’suġġett vulgari mhux posthom fil-festival.
[fuq]
Parteċipazzjoni
8. Il-partecipanti mistiedna li jibgħatu lill-Kumitat L-Għanja tal-Poplu, mhux aktar minn żewġ kanzunetti rrekordjati fuq CDs separati, l-akkumpanjament irid ikun bi strumenti akustiċi (mhux sintisiżers u computers ) u li qatt ma ġew ippublikati. Ir-recording irid jirrifletti kif ser tkun il-kanzunetta li ser tkun ippreżenata waqt il-festival. ( L-isem ta' Awtur jew Kompożitur ma jkunx jidher iktar minn darbtejn fuq l-applikazzjonijiet.
9. Kull CD titqiegħed f’envelope ta’ qies A4 flimkien ma’ tmien kopji tal-lirika, l-applikazzjoni mimlija iffirmata mill-Awtur u Kompożitur / kantawtur
10. Ma’ kull CD tintbghat €10 kontibuzzjoni ghall-partecipazzjoni fil-festival. Dawn iridu jaslu l-YTC , 227 Triq il-Merkanti l-Belt, nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru mis-7.00pm sad-9.00pm. Il-ġurija ser tagħżel il-kanzunetti skond il-kliem u l-mużika, Għaldaqstant f’dan l-istadju, ir-rekording demo ma hemmx għalfejn li jkun ta’ kwalita’ professjonali. B’hekk, parteċipant jista jevita spejjeż żejda.
11. Jekk il-kumitat jikkonkludi li parteċipant ippreżenta xogħol li mhux tiegħu, ma jitħalliex jipparteċipa.
12. Wara li jintgħażlu l-kanzunetti li ser jieħdu sehem fil-festival, il-parteċipanti jkunu jistghu jtejbu ir-recording tal-kanzunetta kif jixtiequ huma, biex din tkun inkluża fis-CD tal-Festival.
[fuq]
Preżentazzjoni tal-kanzunetti
13. Il-kanzunetti jridu jkunu interpretati mill-kantawturi jew minn grupp jew minn kantant/i flimkien ma mużiċisti. L-istrumenti jridu jkunu akustiċi stil unplugged. ( mhux synthesizers jew kompjuters ). Kollox Live.
14. Il-kumitat ser jipprovdi Gran Piano u Drum Set li jistgħu jintużaw waqt il-festival.
15. Fil-finali, l-kanzunetta li titkanta tkun il-kanzunetta li tkun ipprezentata fl-eliminatorja. Kanzunetta finalista ma tistax tiġi rtirata.
16. Il-kumitat ser jagħmel dak li hu possibli biex jakkomoda lil kull partecipant f’dak li huma microphones u connections. L-attenzjoni ser tkun fuq il-kliem u l-mużika u l-interpretazzjoni; għalhekk waqt il-kanzunetti ma ninkoraġġixxux li jkun hemm żeffiena jew miming.
17. Il-copyright tal-kanzunetti hija tal-awturi u l-kompożituri li għamluhom.
[fuq]
L-Għażla tal-kanzunetti u s-serata finali.
18. L-ewwel ser jintgħażlu l-aħjar kanzunetti minn fost dawk ippreżentati.
19. Jinghata żmien biex il-kanzunetti maghżula għas-serata finali jiġu rrekordjati fi studjo mill-partecipanti biex jiġu ppublikati fuq is-CD tal-festival.
20. Il-kanzunetti finalisti, jindaqqu live, fis-serata finali u minnhom jintagħżlu l-aħjar tlett kanzunetti.
21. Fil-Festival ser ikun hemm faċilita' għall-parteċipanti biex ikantaw unplugged.Madankollu, il-kumitat organizzativ ser jagħmel mill-aħjar biex jakkomoda il-bżonnjiet tal-parteċipanti.
22. Il-Partecipanti tal-aħjar tlett kanzunetti jiġu ppreżentati bi trofej ( flimkien ma’ €200 kull kanzunetta). Jinghataw trofej għall-aħjar interpretazzjoni u għall-ahjar tema soċjali. Il-partecipant/i tal-kanzunetta rebbieħa, jiġi/u ppreżentat it-trofew l-Għanja tal-Poplu li jinżamm sal-Festival li jmiss. [fuq]
[fuq]
Dettalji oħra:
23. Il-Festival ser isir fil-Gran Ballroom tal-Hotel Phoenicia.
24. Il-Festival ser isir is-Sibt 28 ta’ Novembru, 2008. Jekk ma’ tistax tattendi tipparteċipax.
25. Għandna l-ħsieb li l-festival jintwera fuq it-TV / internet.
26. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat l-Għanja tal-Poplu huma finali.
Jekk għandek xi mistoqsijiet jew diffikulta’ nistiednek tikkuntatjana. Inħeġġek tattendi laqghat u attivitajiet li ser norganizzaw biex flimkien noħolqu kanzunetti u mużika b’identita lokali. Il-festival għandu jservi ta’ palk fejn inkunu nistgħu napprezzaw ix-xoghol ta’ xulxin; il-kompetizzjoni hija ħaġa sekondarja u qgħedha hemm biex tqanqal l-interess. Minn naħħa tagħna ser inżommuk aġġornat b’dak li jkun qed jiġri permezz tal-website www.ghanjafest.com.
Kumitat l-Għanja tal-Poplu:
Fr Maurice Mifsud (organizzattur) , Alexia Conti (Segretarja) , alexiaconti@gmail.com
Noel D’Amato , Charles Schembri: email: cschem@maltanet.net , tel: 21683761 Mob: 79923522 .
YTC, 227 Triq il-Merkanti, il-Belt. Tel: 21233893
www.ghanjafest.com
[fuq]
FORMOLA TA’ L-APPLIKAZZJONI
L-Għanja tal-Poplu 2009
Isem tal-Kantawtur jew Grupp
|
|
Awtur
|
|
|
Tel:
: |
Mobile: |
Email: |
|
Indirizz: |
Kompożitur
|
|
|
Tel: |
Mobile: |
Email: |
|
Indirizz:
|
Persuna Responsabli
|
|
|
Tel:
|
Mobile : |
Email: |
|
Indirizz:
|
Partecipanti
Ohra:
(kantanti, mużiċisti, backing, eċċ) |
Rwol:
Rwol:
Rwol:
Rwol:
|
Tel: Mob:
Email:
Tel: : Mob:
Email:
Tel: : Mob:
Email:
Tel: Mob:
Email: |
Isem kanzunetta: ______________________________________
Jien hawn taħt iffirmat, niddikjara li l-kanzunetta msemmija hawn fuq hija miktuba mill-persuni imsemmija hawn fuq biss, oriġinali u qatt ma ġiet ppublikata jew esegwita fuq il-mezzi tax-xandir. Aħna nidħlu responsabbli għal dak kollu li jista’ jinqala’ f’kas ta’ ksur ta’ copyright min-naħa tagħna. Aħna qrajna r-regolamenti tat-34 edizzjoni tal-Festival l-Għanja tal-Poplu, naċċettawhom u niddikjaraw li l-informazzjoni li qed nagħtu hija eżatta.
Iffirmata: ___________________ u _____________________
__________________ ______________ _________
Nru ID Nru ID Data
[fuq] |