space

 

 

space

PRESS RELEASE

30-11-08

  

Rebbieħa tat-33 edizjoni

ta' L-Għanja tal-Poplu

 Ir-rebbieħa tal-festival “L-Għanja tal-Poplu 2008” huma il-grupp Brikkuni bil-kanzunetta “L-Uffiċċju” li tesprimi l-monotonija fil-ħajja tal-ħaddiem ta’ illum.

 

Walter Micallef rebaħ it-tieni post bil-kanzunetta “Bix-Xemx Warajja” dedikata lit-tarbija tiegħu li twieldet m’ilux, filwaqt li Frank O’Neill kiseb it-tielet post bil-kanzunetta “Ħlomna”, kanzunetta dwar tifkiriet mil-imgħoddi.

 

Corazon Mizzi ingħatat il-premju għal-aħjar interpretazzjoni tal-kanzunetta  tagħha “Illejla b’Xejn” filwaqt li Charles Dalli mal-grupp X-Tend ingħataw il-premju għall-aħjar tema soċjali, bil-kanzunetta  Aħwa Lkoll?” dwar l-immigranti rregolari u r-razzimu.

 

Il-festival din is-sena’ ħa żvolta ġdida għax il-kanzunetti kellhom jiġu interpretati lajv mill-kantawturi u il-gruppi li ħolquhom; minajr l-użu ta’ mużika irrekordjata.

 

F’din is-serata’ il-grupp New Cuorey ingħata rikonoxximent għall-kontribut kbir li taw fil-qasam tal-kanzunetta Maltija. Ulied il-mibki Sammy Bartolo taw interpretazzjoni brillanti tas-suċċessi tal-istess grupp, akkumpanjati mil-membri oriġinali tan-New Cuorey.

 

Is-serata intlaqat b’entużjażmu mill-udjenza preżenti.

                                 
space

space

space

space

space
space