space
maria abdilla

Maria Abdilla

 

  Maria Abdilla għandha 27 sena u toqgħod Santa Luċija.  Fl-2005 gradwat fl-Istudji tal-Mużika mill-Universita ta’ Malta.  Hija għalliema tal-Mużika.

 

Ta’ sitt snin bdiet tieħu l-lezzjonijiet tal-pjanu u t-teorija tal-mużika.  Il-kant minn dejjem kien il-passjoni tagħha.  Dawn l-aħħar sentejn qeda titħarreġ fit-teknika tal-vuċi, Speech Level Singing (SLS) Technique, ma diversi Tutors barranin, kif ukoll qeda titħarreġ biex issir l-ewwel għalliema ta’ din it-teknika tal-vuċi f’Malta. 

 

Maria kitbet il-kliem u l-mużika tal-kanzunetta Jum Ġdid li se tkanta fl-Għanja tal-Poplu.  Il-kanzunetta hija dwar tfajla li għadha tbati il-konsegwenzi ta’ passat difficli, pero lesta li tinsa l-passat u tagħti bidu ġdid lil ħajjitha.

 

Kanzunetta: Jum Ġdid

 

 

 

space
 
>>> mur fl-ewwel paġna <<< 
space