space Justin u Antonio

Justin u Antonio

 

Justin Galea (kant u flawt) u Antonio Olivari (kitarra u lirika/mużika) ltaqgħu sentejn ilu permezz tal-kunċert pop/rock Strummin' Home, u reġgħu ikkollaboraw ukoll aktar kmieni din is-sena f'kunċerti bħal Akustika, fejn fieh kienu ndaqqu wkoll kanzunetti oriġinali ta' Antonio.

 

Justin huwa wkoll membru fil-korijiet EnKor u Symphonik, u f'dan tal-aħħar Antonio huwa wkoll kitarrist u kompożitur. Justin ix-xhar li għadda ipparteċipa wkoll fil-kunċert Voices Tell Me Why fejn kanta Grace Kelly u Caruso.

 

Il-kanzunetta li ser jippreżentaw, bl-isem 'Isbaħ Jum', hija riflessjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja li kultant tgħaddi aktar malajr milli kultant nistennew, u dwar l-antiċipazzjoni għal dak li għadu ġej. Il-kitarra akustika u l-flawt flimkien joħolqu ħoss partikolari, kważi kważi b'elementi anki b’xejriet medjevali.

L-Ghanja tal-Poplu 2008 : Isbaħ Jum video

space
 

>>> mur fl-ewwel paġna <<< 

 

space