|
|
 |
Justin u Antonio
Justin Galea (kant u harmonica) u Antonio Olivari (kitarra u lirika/mużika) iltaqgħu qisu tlett snin ilu permezz tal-kunċert poprock Strummin' Home, u kkollaboraw f’diversi kunċerti oħra inkluż b’kanzunetti oriġinali ta' Antonio.
Justin għamel parti minn korijiet bi stili differenti bħal Voices, EnKor u Symphonik, u jkanta wkoll b’mod regolari mal-Big Band Brothers. Antonio minn naħa l-oħra daqq il-kitarra elettrika ma’ diversi gruppi rock, fosthom l-istess banda tal-kor Symphonik. Din hija t-tieni darba li Justin u Antonio qegħdin jieħdu sehem fl-Għanja tal-Poplu flimkien, wara li s-sena li għaddiet kellhom kanzunetta bl-isem “Isbaħ Jum”. Magħhom din is-sena ser ikollhom lil Francesco Sultana bil-perkussjonijiet.
Il-kanzunetta li ser jippreżentaw jisimha “Attent”, u hija lista ta’ xi affarijiet li għandek toqgħod b’seba’ għajnejn minnhom. Bħal ngħidu aħna l-brimb abjad, il-ħofor tat-toroq u l-fatt li jekk tilbes iswed taf tispiċċa l-qorti għax jaħsbuk ilbist ta’ qassis.
|
 |
|