|
|
|
![]() Frank O'Neill Kanzunetta: Ħlomna
L-ewwel darba li missejt kitarra kien fil-bidu tas-snin sebgħin. Malli tgħallimt ftit akkordji, mill-ewwel bdejt nikteb kanzunetti fuq suġġetti li kienu jolqtuni, bħal gwerer inutli, n-nuqqas ta' ftehim bejn il-popli, l-ambjent u mitt ħaġa oħra. Kont perkussjonista mal-grupp H.B. u għall-ħdax il-sena sħaħ kont msieħeb ma' Tony Camilleri u wkoll mal 'Viva Malta', fejn kelli l-opportunita' inkanta fl-Awstralja, l-Amerika u l-Kanada kif ukoll pajjiżi fl-Ewropa u l-Afrika.
Bħal-għalliem naturlament, kelli l-opportunita li nikteb ħafna kanzunetti għat-tfal fosthom xi wħud li jitkantaw barra minn Malta. L-Għanja tal-Poplu hu ferm għall-qalbi għax dejjem żamm standard għoli – l-aktar kanzunetta li għamlitli suċess kient 'Għanja Mediterranja' li intuzat ukoll bħala signature tune f'dan il-festival għall-ħafna snin.
Ktibt madwar 300 kanzunetta.
|
|
|||
| >>> mur fl-ewwel paġna <<< | ||||||