L-Għanja tal-Poplu L-34 edizzjoni b’risq il-Fondazzjoni Richmond L-34 edizzjoni tal-Festival L-Għanja tal-Poplu ser isir is-Sibt 28 ta’ Novembru 2009 fil-Grand Ballroom tal-Hotel Phoenicia. Il-Festival L-Għanja Tal-Poplu qiegħed għal min irid jesprimi ruħu permezz ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti. Il-festival għandu jservi ta’ palk fejn l-udjenza u l-parteċipanti jkollhom l-oppurtunita’ japprezzaw il-kliem u l-mużika f’atmosfera ta’ ħbiberija. Dan il-Festival ser ikun stil unplugged; il-kant u l-akkumpanjament ser ikunu lajv u bi strumenti akustiċi. Wara s-suċċess tal-Festival tas-sena l-oħra, din is-sena se jinżamm l-istess format bid-differenza li se jsir aktar possibli biex kantanti u awturi jieħdu sehem fih bix-xogħlijiet tagħhom. Il-parteċipant jista’ jkun jew kantawtur, jew grupp, jew tim ta’ awtur u kompożitur li jgħażlu kantant/i u mużiċisti li jinterpretaw il-kanzunetta fuq il-palk. Il-kanzunetti għandhom jiġu sottomessi nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru 2009. Il-qliegħ tal-Festival ser imur għall-Fondazzjoni Richmond.
34th Edition The 34th edition of L-Għanja tal-Poplu will be held at the Grand Ballroom of the Hotel Phoenicia on Saturday 28th November 2009. In this festival participants are encouraged to express themselves through their original songs in Maltese, in a friendly atmosphere. After last year’s success, this year’s festival will again be unplugged, where all music will be live and only acoustical instruments will be permitted. This year besides Singer-songwriters and bands the organising committee is inviting teams made up of an author and composer, who will choose singer/s and musician/s to interpret their song.. The festival rules can be found on www.ghanjafest.com were one can also watch video-clips of songs from L-Għanja tal-Poplu. The participating songs have to be submitted on Friday 23rd of October 2009. Proceeds from the festival will go towards the Richmond Foundation. Mob: 799 235 Ara Regolamenti
|
|
|
||||