
Cornerstone
Il grupp mużikali Cornerstone hu magħmul minn grupp ta’ ħbieb li permezz tat-talenti taggħom jingħaqdu f’espressjoni mużikali.
Il-membri tal-grupp Cornerstone huma:
Luan May Saliba: Vocals
Jonathan Cachia: Keyboards
Kurstein Sant: Piano & Electric Guitar
Mark Pellicano: Acoustic Guitar
Matthew Briffa: Bass Guitar
Lesnich Vassallo: Percussions
Il-grupp Cornerstone għandu diversi diski li l-kompożizzjoni u l-lirika tagħhom inkitbu mil-membri tal-grupp stess. Permezz ta’ dan, il-membri tal-grupp jingħaqdu ferm iktar flimkien fl-imħabba lejn il-mużika u fil-ħbiberija ta’ bejniethom.
L-għan prinċipali tal-grupp Cornerstone hu li jkun ta’ akkumpanjament muzikali fl-attivitajiet tal-grupp taz-zgħazagħ Faithalive. Fl-2005 ġew involuti fl-animazzjoni ta’ l-attivitajiet li saru fil-Ġermanja għall-avenimenti tal-Jum Dinji taz-Żgħażagħ. Il-grupp Cornerstone ħa sehem ukoll diversi drabi fil-konkors anwali imtella’ mil-Kummisjoni Djoċeżana Żgħażagħ, fejn il-grupp rebaħ premju għall-aħjar lirika u premju għall-aħjar interpretazzjoni, permezz ta’ żewġ diski separati.
Permezz tad-diski tagħhom, il-grupp Cornerstone juri il-kobor tar-rigal tal-ħajja b’temi soċjo-reliġjużi b’identita’ żghażugħa. |