|
|
|
Corazon Corazon Mizzi hija kantawtrici żaghżugha. Għalkemm għandha biss 21 sena, l-imħabba tagħha lejn il-mużika feġġet ta’ eta’ żghira. Corazon bdiet titħarreg fit-teorija mużikali u fil-pjanu meta kellha 8 snin u llum qegħda tipprepara għad-diploma.
Corazon ilha tattendi, għal dawn l-aħħar 6 snin, lezzjonijiet tat-teknika vokali taħt Claire Massa. B’pedament sod fid-dixxiplina klassika, Corazon tħobb tesperimenta bil-kreattivita’ tagħha f’kanzunetti li tikteb u tkanta hi stess. Sadanittant għadha tistudja u bhalissa qieghda fil-hames sena tagħha taħt il-Fakulta’ tal-Ligi fl-Universita’ ta’ Malta. Forsi dan jispjega l-fatt illi l-lirika taghha tieħu bixra socio-politika, distinta bi rtokk emottiv u romantiku. Dan jixduh kanzunetti bħal ‘Kieku Taf’ u ‘Hawn Jien’. Din hija t-tielet parteċipazzjoni ta’ Corazon f’dan il-festival. It-tema ta’ “Illejla b’xejn” tinkixef waħedha hekk kif wieħed jagħraf jifhem it-titlu, u taħsad bl-istess mod. B’din il-kanzunetta, Corazon tipprova tipprezenta s-suġġett tagħha b’mod uman f’kanzunetta li ser tqanqal ħafna emozzjonijiet, uħud ta’ kompassjoni iżda wħud ta’ skandlu u forsi ta’ rabja. Pero’ lesta tieħu r-riskju. Kanzunetta 2008 : Illejla B'Xejn |
|
|||
| >>> mur fl-ewwel paġna <<< | ||||||