|
|
|
![]() Corazon u Antonio
Corazon Mizzi (kant/lirika) u Antonio Olivari (kitarra/mużika) bdew
jikkollaboraw bħala duo aktar kmieni din is-sena u jdoqqu f'varjeta' ta'
postijiet u kunċerti. Antonio, għalkemm bħala mużiċist u kompożitur ilu
attiv is-snin, għalih din ser tkun l-ewwel darba li ser ikun qiegħed
jipparteċipa f'festival. Ghal Corazon minn naha l-ohra din ser tkun it-tielet
partecipazzjoni fl-Ghanja
tal-Poplu.
S’issa dejjem hadet sehem b’kanzunetti miktubin
kompletament minnha, pero’ din id-darba qed tesperimenta b’kollaborazzjoni
interessanti ma’ Antonio.
Corazon u Antonio, it-tnejn għandhom għal qalbhom il-mużika u huma tal-fehma
li din għandha tkun espressjoni ġewwinija u mhux prodott artifiċjali ddettat
mis-suq kummerċjali.
Il-kanzunetta li ser jippreżentaw jisimgħa 'Se Ngħaddi 'l Hawn'. Il-lirika,
miktuba minn Corazon, tieħu xejra nostalġika, u għalkemm hija kemmxejn
awtobijografika fiha wkoll element ta' kreattivita'. Ir-rakkont ta' din
il-kanzunetta jinħall bil-mod il-mod hekk kif il-mużika tissawwar u jaf
jissorprendi xi ftit lejn l-aħħar. Il-mużika, miktuba minn Antonio, toħloq
l-atmosfera adattata għal dan ir-rakkont.
Fis-serata ser jingħaqad magħhom ukoll Kenneth Chircop (ex-Hidden Sun) li
ser idoqq il-kitarra akustika. Kanzunetta 2008 : Se Nghaddi 'l Hawn |
|
|||
| >>> mur fl-ewwel paġna <<< | ||||||