|
|
|
Angèle Cristina Jiena Angèle Cristina – għandi 27 sena u ngħallem ir-reċtar ġo skola privata. Ilni bin-namra tal-kant u l-palk minn eta’ żgħira għaliex nannti hija l-attriċi Vitorin Galea - li ħallietna 13-il sena ilu. Jien kont dejjem immur magħha f’kull rappreżentazzjoni li kellha – kienet il-mudell tiegħi! Xtaqt nieħu sehem f’dan il-festival ghal diversi raġunijiet – fosthom li nkun nista’ nwitti triqti stess għall-karriera tiegħi, li nikteb, inkanta u nikkomponi d-diska tiegħi stess bil-Malti u li anki nkun nista’ nakkumpanja dan bi stil umoristiku u b’xi reċtar – biex nimxi fuq il-passi ta’ nannti Vitorin. L-isem ta’ din id-diska juri biċ-ċar il-fatt li jien minni ngħid ħafna – u din hija verita’. Għaldaqstant sibt, ejja ngħidu ‘difett’ tiegħi u dawwartu f’ispirazzjoni għal diska – u s’issa irnexxieli!
|
|
|||