space

 


 

Anabel Spiteri

Jiena Anabel Spiteri, g]andi 25 sena u noqgħod ir-Rabat. Bdejt inkanta u nieħu sehem fil-festivals minn meta kelli 10 snin. Dan il-festival minn dejjem kien għal qalbi ħafna u filfatt din hija il-ħames darba li qed nipparteċipa fih.

Il-kanzunetta li ser nieħu sehem biha din is-sena jisimha 'Arlogg Bla Idejn' fuq kompożizzjoni ta Mark Spiteri Lucas u lirika ta Paul Ellul.

L-awtur jagħmel kuntrast bejn il-ħajja f’belt qabel ma daħlet fi gwerra u wara li kienet mifnija mill-kruha tal-gwerra. Tidher għalhekk id-differenza bejn l-attività ta’ kuljum u l-qerda li ġġib magħha l-gwerra. L-arloġġ bla idejn huwa s-simbolu ta’ ħajja wieqfa, meqruda u mejta. Dan iwassal għall-mistoqsija: x’nieħdu mill-gwerra ħlief tbatija.

Jien, min-naħa tiegħi, li ninsab ’il bogħod minn dan kollu, kif nidħol fil-biċċa? Hija x-xewqa tal-awtur li jintemmu l-gwerer li jeżistu u kulħadd jgħix ta’ aħwa.

 

space







 
space