|
|
|
Adriano Tabone Jien jisimni Adriano Tabone u għandi 26 sena. Il-kant ilu għal qalbi minn meta kont żgħir meta kont noqgħod inkanta diski tat-televixin. Ħadt sehem f’xi festivals fil-passat fejn ksibt l-ħames post fit-tc productions, ir-raba post fil-best singer award fis-sena 2004 u l-ħames post fil-best singer award fis-sena 2006 . Dawn kienu esperjenzi sbieħ li ma ninsihom qatt. Din hija l-ewwel darba li qed nieħu sehem fl-Għanja tal-Poplu - festival interessanti u sabih ħafna li dejjem kont insegwi fuq it-televixin. Nemmen li l-festival huwa palk tajjeb għall-dawk il-kantanti li jkunu għadhom jibdew il-karriera tal-kant . Il-kanzunetta Bi Tbissima hija diska li tagħti messaġġ sabiħ fuq Alla u b'mod speċjali lis-semmiegħa Maltin u Ghawdxin. |
|
|||