L-GĦANJA TAL-POPLU – UPDATE 3

//L-GĦANJA TAL-POPLU – UPDATE 3

L-GĦANJA TAL-POPLU – UPDATE 3

Update 3 – Il-Kanzunetti ser jintlaqghu nhar it-Tlieta 22 ta’ Mejju 2018

L-Ghanja tal-Poplu  – Festival tal-Kanzunetta Maltija

42 Edizzjoni – 2018

Niżżel Regolamenti 2018 PDF

Is-Sibt 1 ta’ Settembru fi Pjazza Teatru Rjal

Sottomissisjoni tal-Kanzunetti

 it-Tlieta 22 ta’ Mejju, fl-uffiċċju tal-Għanja tal-Poplu

Il‑festival L‑Għanja tal‑Poplu ‑ huwa festa ta’ kanzunetti oriġinali bil‑Malti, interpretati u akkumpanjati live.

Biex jidħlu għall‑festival il‑kanzunetti jridu jkunu, oriġinali, jiġifieri l‑lirika u l‑mużika tagħhom qatt ma jkunu ġew ippubblikati; bil‑Malti,u mhux itwal minn tliet minuti u nofs.Id-direzzjoni tixtieq li jkun hemm għażla ta’ kanzunetti li jvarjaw f’dik li hi lirika u stil ta’ kompożizzjoni.

  •  It‑tema tal‑kanzunetta hija libera, jiġifieri l-awtur jista’ jikteb fuq dak li jrid. Dan il‑festival jinkoraġġixxi l‑kitba ta’ kanzunetti li jesprimu il-ħsibijiet, l‑esperjenzi, il‑gosti, ix‑xewqat, ir‑relazzjonijiet u l‑aspirazzjonijiet kemm fuq bażi personali, jew bħala poplu fuq din il‑gżira, jew bħala ċittadini tad‑dinja.
  •  L-istil mużikali huwa liberu. Il-lingwa Maltija hija addatata biex tkun interpretata b’diversi stili mużikali. Tajjeb li nitgħallmu mill-kanzunetti barranin kif wkoll lokali ta’ kwalita’. 
  • Fl-ewwel eliminatorja, il-ġurija tagħżel 40 kanzunetta semi-finalista minn fuq is-CD. Fit-tieni eliminatorja, dawn l-40 kanzunetta jridu jiġu kantati live u minnhom il-ġurija tagħżel 16-il kanzunetta finalista. Fl-istadju finali kantanta jista’ jinterpreta sa żewġ kanzunetti. L-istess kompożitur u awtur flimkien, ma jistax ikollhom iktar minn tliet kanzunetti fis-serata finali.
  • Il‑kanzunetti ser jiġu ġġudikati skont il‑kliem u l‑mużika u r‑rabta ta’ bejniethom, u fuq l-impressjoni ġenerali waqt l-interpretazzjoni live tal-kantant/a/i.

IL-PREŻENTAZZJONI TAL-KANZUNETTI

Fis‑serata finali, il-Malta Concert Orchestra ser tkun għad‑dispożizzjoni ta’ dawk li jridu jagħmlu użu mis-servizz tagħha.  Il‑parteċipanti tal‑finali jridu jiddikjaraw min ser jakkumpanja l‑kanzunetta. Jeżistu tliet possibiltajiet:

  • jew li jkantaw u jakkumpanjaw il‑kanzunetta huma stess, u jsiru l-provi meħtieġa fejn tkun assigurata l-kwalità;
  • jew li jkantaw u jkunu akkumpanjati kompletament mill‑orkestra.
  • jew li jkantaw u jdoqqu strument/i u jkunu mgħejunin mill‑orkestra.

PREMJIJIET

Ir‑rikonoxximent tal‑awturi u l‑kompożituri tal‑kanzunetti kklassifikati fl‑ewwel tlett postijiet jikkonsisti fi trofew għall‑awtur, ieħor għall‑kompożitur u trofew ieħor lill‑kantant/a, kif ukoll

  • €1500 lill‑kanzunetta klassifikata  fl‑ewwel post rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu.
  • € 800 lill‑kanzunetta klassifikata fit‑tieni post;
  • € 500 lill‑kanzunetta klassifikata fit‑tielet post.

L‑awtur u l‑kompożitur tal‑kanzunetta rebbieħa tal-festival jingħatalhom it‑trofew L‑Għanja tal‑Poplu li jinżamm sal‑edizzjoni tal‑festival ta’ wara.

Ir‑rikonoxximenti jinkludu wkoll:

  • trofew lill‑kantant/a jew grupp bl‑aħjar interpretazzjoni,
  • trofew għall‑oriġinalità tal-kanzunetta
  • trofew għall-aħjar kantawtur* jew grupp
  • trofew għall-aħjar rekording

(*Għall-iskop ta’ dan il-festival KANTAWTUR tfisser “persuna /grupp li jinterpreta kanzunetta bi kliem u mużika tal-persuna / grupp stess”)

It-42 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija hija organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti. L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

Ir-regolamenti dettaljati ser ikunu ippublikati fis-sit www.ghanjafest.com

Print Friendly, PDF & Email
By | 2018-04-02T23:00:56+00:00 April 1st, 2018|Uncategorized|0 Comments

About the Author:

Leave A Comment

one × 3 =