Regolamenti 2017

Il-41 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija

PRESS RELEASE (16 Marzu 2017)

Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu iħeġġeġ lill-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi tal-kanzunetta Maltija jipparteċipaw fil-41 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Il-kanzunetti għall-dan il-festival ser jintlaqgħu nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju 2017.

L-awturi u l-kompożituri mistiedna jiktbu fuq dak kollu li jixtiequ u jikkomponu b’liema stil jixtiequ, u ma jillimitawx irwieħom għal temi soċjali biss, jew bi stil mużikali wieħed biss. Fost il-premjijiet ser ikun introdott premju ġdid biex jinkoraġġixxi l-oriġinalita’. F’dan il-festival il-kliem jingħata importanza daqs  il-mużika.

Il-festival se jsir fit-2 ta’ Settembru fi Pjazza Teatru Rjal fejn l-parteċipanti ser ikollhom l-possibilta’ li jkunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra, filwaqt li gruppi mużikali jistgħu jakkumpanjaw l-kanzunetti tagħhom stess.  Għaldaqstant il-kumitat organizzattiv jistieden lill-artisti tal-kanzunetta Maltija biex flimkiem joħolqu festival sabiħ u ta’ kwalita’ kemm fil-kliem kif wkoll fil-mużika.

Ir-regolamenti u il-formula tal-applikazzjoni tinstab <<HAWN >>. Fir-regolamenti hemm elenkati diversi  innovazzjonijiet favorevoli għall-artisti tal-kanzunetta Maltija.

Min għandu xi mistoqsijiet jew suġġerimenti jista’ jikteb lil ghanjatalpoplu@gmail.com .

Il-festival se jittella’ mill-Għanja tal-Poplu fllimkien ma Pjazza Teatru Rjal, b’kollaborazzjoni ma’ L-Akkademja tal-Malti . L-Għanja tal-Poplu hi megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Partnership Agreement.

Save

Save

Save

Save

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

2 × 3 =