Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu iħeġġeġ lill-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi tal-kanzunetta Maltija jipparteċipaw fil-41 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Id-data ta’ sottomissjoni tal-kanzunetti ser tkun f’nofs Mejju.

L-awturi u l-kompożituri  mistiedna jiktbu fuq dak kollu li jixtiequ u jikkomponu b’liema stil jixtiequ, u ma  jillimitatawx  irwieħom għal temi soċjali biss, jew bi stil mużikali wieħed biss.

Il-festival mistenni jsir fit-2 ta’ Settembru fi Pjazza Teatru Rjal fuq l-istess linji  tal-aħħar edizzjoni  u jkun trasmess fuq TVM .  Għalhekk nistiednu lill-artisti tal-kanzunetta Maltija biex biex flimkien noħolqu festival sabiħ u ta’ kwalita’ kemm fil-kliem kif wkoll fil-mużika.

Ir-regolamenti ser jittħabbru fi żmien qarib flimkien ma’ innovazzjonijiet favorevoli għall-artisti Maltin.

Min għandu xi mistoqsijiet jew suġġerimenti jista’ jikteb lil għanjatalpoplu@gmail.com .

Il-festival qed jittella’ bis-sapport tal-Cultural Partnership Agreement mal-Kunsill Malti għall-Arti